Xagħret Mewwija

- This event has passed.
Xagħret Mewwija
5 October 2018 - 14 October 2018
€16
Dati u Ħinijiet
Il-Ġimgħa, 5 ta’ Ottubru 2018, 8pm
Is-Sibt, 6 ta’ Ottubru 2018, 8pm
Il-Ħadd, 7 ta’ Ottubru 2018, 8pm
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Ottubru 2018, 8pm
Is-Sibt, 13 ta’ Ottubru 2018, 8pm
Il-Ħadd, 14 ta’ Ottubru 2018, 8pm
Post: Teatru, Spazju Kreattiv
Prezz: €16
Inħarsu mill-ponta tal-Isla u quddiemna nimmaġinaw ilsien blat għeri …xagħri. Nimmaġinaw it-tliet xhur tal-Assedju l-Kbir, dan l-ilsien blat jinbidel f’bejta tal-għadu, miżgħud kampijiet, tined ikkuluriti, armamenti u dagħa faħxi. Meta t-Torok ċedew u żarmaw, ħadu kollox lura magħhom. Imma d-dagħa ħallewhulna. Dak għal qalbna wisq!
Minn hawn jibda r-rakkont ta’ Xagħret Mewwija, dramm li jeħodna f’ġirja sfrenata biex nassistu għat-tfassil, l-istorja u l-iżvilupp tal-Belt Valletta. Minn Xagħret Mewwija għal Valletta 2018.
U dan kollu kif nafuh? Eh, dan kollu qed jirrakkontahulna Dragut. Mela x’inhu! Dragut miet f’pajjiżna imma ruħu baqgħet imjassra magħna. Baqa’ kkatinat ma’ din ix-xiber art, u għalhekk ra kollox u jaf kollox. Ra lill-Maltin jagħmlu l-konfoffa kotra l-Franċiżi … Ra lill-Ingliżi u lill-baħrin jitbaħartu Strada Stretta … miskin min jaf kemm xtaq li ma kienx fantażma … ra t-Teatru Rjal jinħaraq, jiġġarraf bil-gwerra … u rah jerġa’ jsir teatru bla saqaf.
Insomma, dan ix-xogħol teatrali jżewweġ il-miti mal-fatti storiċi, u kollox b’doża qawwija ta’ satira u umoriżmu.