Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

XENI / A retrospective of set design in Malta

10 January 2020 - 24 February 2020

free

Dati: 10 ta’ Jannar – 23 ta’ Frar 2020
Post: Spazju Ċ, Spazju Kreattiv
Dħul b’xejn

XENI huwa proġett retrospettiv ikkurat mid-disinjatur tas-settijiet Taljan Romualdo Moretti, li ħadem mal-iżjed kumpaniji teatrali prominenti ġewwa Malta u Għawdex. Dan il-proġett għandu produzzjoni ta’ Teatru Malta f’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv, bl-għan li jipprovdi lill-udjenzi aċċess għax-xenografija lokali tad-diċennju l-ieħor. L-esebizzjoni se tkun qiegħda tinkludi settijiet, props u mudelli minn produzzjonijiet passati u li jappartjenu lil 12-il disinjatur tas-sett lokali u internazzjonali maħluqa għal kumpaniji tal-produzzjonijiet teatrali varji matul dawn l-aħħar 10 snin.

ESEBIZZJONI/ Id-dinja teatrali qiegħda dejjem tevolvi; materjali ġodda, teknoloġiji ġodda u  ideat ġodda, li lkoll jeħtieġu l-ħila ta’ disinjatur tas-sett kapaċi sabiex kull viżjoni artistika timmaterjalizza mill-istadju tad-disinn sa fuq il-palk. Is-sett jilgħab irwol mill-iżjed importanti fin-narrattiva ta’ kwalunkwe produzzjoni; irwol li jitlob relazzjoni kollaborattiva bejn dawk li jpenġu s-sett, dawk li jibnuh u d-disinjaturi tad-dawl.

WORKSHOPS/ Il-workshops se jkunu qegħdin ikopru t-tpenġija tas-sett, il-bini tas-sett u d-disinn tad-dawl. Dawn huma miftuħa għall-pubbliku permezz ta’ applikazzjoni u se jkunu qegħdin joffru esperjenza prattika taħt il-ħarsien ta’ tuturi barranin u lokali.

TAĦDITIET/ Serje ta’ taħditiet minn veterani fix-xena teatrali lokali, li jvarjaw minn atturi u kritiċi għal disinjaturi tas-sett. Dawn ilkoll se jkunu qegħdin jiddiskutu suġġetti varji relatati mad-disinn tas-sett u l-esperjenza tagħhom fuq il-palk.

Agħfas hawnhekk għal iżjed informazzjoni.

 

Dettalji

Bidu:
10 January 2020
Tmiem:
24 February 2020
Prezz:
free
Event Categories:
, ,

Venue

Spazji
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Creative Team Kuratur: Romualdo Moretti