Young Audience Awards 2022

- This event has passed.
Young Audience Awards 2022
Sejħa għall-membri tal-ġurija żgħażagħ!
Tħobb tara u tiddiskuti l-films?
Spazju Kreattiv u l-Creative Europe Desk Malta b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali, qed jospitaw il-Premjijiet tal-Udjenza Żgħażagħ tal-European Film Awards 2022 fiċ-Ċinema Spazju Kreattiv fil-Belt Valletta.
Qegħdin infittxu żgħażagħ ta’ 12-14-il sena biex jiffurmaw parti mill-ġurija Maltija!
Membri tal-ġurija madwar l-Ewropa se jaraw it-tliet films nominati u jivvutaw għall-film favorit tagħhom, li se jingħata l-Premju tal-Udjenza Żgħażagħ 2022.
L-attività se ssir nhar il-Ħadd 13 ta’ Novembru 2022, fiċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv. Il-membri tal-ġurija jridu jkunu disponibbli mid-9am sas-6pm tal-Ħadd 13 ta’ Novembru 2022, biex jaraw, jiddiskutu u jivvutaw għat-3 films nominati.
Jekk tixtieq tifforma parti minn dan l-avveniment, ġentilment imla din il-formola sal-Ġimgħa 4 ta’ Novembru 2022.