Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

ŻiguŻajg Festival 2019

15 November 2019 - 24 November 2019

Id-9 edizzjoni tal-Festival ŻiguŻajg tirritorna b’taħlita fantastika ta’ proġetti Maltin u internazzjonali li jqanqlu ferħ lil eluf ta’ tfal u l-familji tagħhom madwar Malta u Għawdex. ŻiguŻajg ta’ din is-sena se jkollu l-futur tat-tfal fil-qalba tiegħu. Se nippreżentaw xogħol li mhux se joqgħod lura milli jittratta suġġetti attwali billi jistaqsi lill-udjenzi tagħna biex jaħsbu u jiddiskutu filwaqt li jkunu qed jiddevertu. Fost it-temi ewlenin li se nindirizzaw insibu l-ambjent, il-multikulturaliżmu u l-integrazzjoni, l-ibbuljar, l-identità sesswali u r-rwol taż-żgħażagħ fis-soċjetà.

Il-programm tal-2019 se jinkludi 21 proġett u 9 forom kreattivi. 11 minn dawn il-proġetti se jiġu mwassla minn uħud mill-aqwa artisti internazzjonali, u 10 minnhom ġew maħluqa minn artisti Maltin. 5 proġetti ġew ikkummissjonati b’mod speċjali għall-Festival, u 5 oħra huma koproduzzjonijiet ma’ entitajiet kulturali pubbliċi oħrajn – dan ifisser li din l-edizzjoni se jkollha mhux inqas minn 10 premieres u aktar minn 130 artisti li se jikkollaboraw!

Aktar informazzjoni dwar il-Programm tal-Festival ser tkun disponibbli fuq www.ziguzajg.org.

Dettalji

Bidu:
15 November 2019
Tmiem:
24 November 2019
Event Categories:
, , ,