Archives: Events

All Day

The Spazju Kreattiv Art Collection – An Open Research

Spazju B, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Il-proġett “Il-Kollezzjoni tal-Arti ta’ Spazju Kreattiv – Riċerka Miftuħa” huwa parti minn proċess arkivjali li għadu għaddej li jfittex li jippriżerva l-wirt tal-organizzazzjoni filwaqt li jagħti prominenza xi wħud mix-xogħlijiet tal-arti prinċipali li ngħataw bħala donazzjoni lil Spazju Kreattiv matul l-aħħar 24 sena.

Glasshouse

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Fit—tielet fażi ta’ ‘The Glasshouse Project’, Gilbert Calleja, Jesmond Vassallo u Robert Zahra jesploraw iktar fil-fond il-mekkaniżmu tal-produzzjoni kreattiva f’wirja ta’ xogħlijiet artistiċi kemm 2D kif ukoll 3D. F’dan il-proġett, l-artisti jaraw il-kreazzjoni artistika bħala proċess organiku kontinwu ispirati mill-idea fejn kemm fl-istudjow tal-artist u fis-serer (glasshouses) jinħolqu kundizzjonijiet simili - żriegħ, tkabbir, tkattir u ħsad. L-artisti jesploraw media differenti, modi differenti ta’ produzzjoni u forom ta’ preżentazzjoni innovattivi.

Pawlu Curmi ‘Il-Pampalun’: Il-Bniedem, Il-Leġġenda

Atrium / Atrium Approach / Upper Atrium

Pawlu Curmi ‘Il-Pampalun’ kien bniedem li l-kontribuzzjonijiet tiegħu lejn il-karnival Malti ma jistgħux ikunu injorati. Imwieled fit-12 ta’ Diċembru fis-sena 1930 fil-Belt Valletta, Il-Pampalun kien it-12 -il wild minn 13 u minn età żgħira wera interess lejn il-Karnival ta’ Malta billi jgħin lil missieru Giovanni

LUX Audience Award Screenings 2024

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

We’re proud to present this year's edition of the LUX Audience Award, organised by the European Parliament and the European Film Academy.

Is-Snin li Tħoss

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

 Ħbiberiji, qtugħ ta’ qalb, imħabba, vjaġġar, avventura, karriera, familja... Dik hi l-ħajja hux?

DREAM[of]LAND

Spazju A, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Merħba fl-art tal-ħalliema; effimera, evanexxenti, tisparixxi ftit ftit. Meta wieħed joħlom f’art joħlom bl-abbundanza, il-fertilità, ir-reżiljenza. Meta wieħed joħlom f’art jimmaġina futuri alternattivi u diversi, iħares lejn ir-relazzjoni tagħna maż-żmien minn lenti oħra, u jippersisti minkejja t-taqlib.