Archives: Events

All Day

Art Explora Festival Installation

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja

L-Ispazju B ta’ Spazju Kreattiv ser jgħaddi minn trasformazzjoni affaxxinanti biex isir installazzjoni immersiva matul il-festival ta’ l-Art Explora. Dan l-ispazju uniku joffri ħarsa żgħira lejn il-firxa ta’ proġetti kreattivi li qed jintwerew fil-port.

European Digital Treasures – Wirja ta’ films qosra dwar il-maniġment ta’ arkivji ċentinarji fis-seklu 21

Atrium / Atrium Approach / Upper Atrium

Matul l-aħħar deċennji, l-istituzzjonijiet arkivjali investew f'riżorsi importanti biex joffru aċċess għal oġġetti diġitalizzati. Dawn it-"teżori diġitali" huma għalhekk inklużi bħala sorsi primarji għal pjattaformi b'aċċess b'xejn, iżda m'għandhomx proċess ta' trasformazzjoni u lanqas jiġġeneraw ritorn ekonomiku. Il-kollezzjonijiet diġitali għandhom potenzjal enormi biex ibiddlu l-mod kif tintuża l-informazzjoni, u biex jiżviluppaw modi ġodda ta’ preservazzjoni, kollezzjoni, organizzazzjoni, propagazzjoni u aċċess għall-għarfien.

INEARTH, UNEARTH: Archives of Matter and Ritual

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Fl-Art, mill-Art: Arkivji ta’ Materja u Ritwal hija esplorazzjoni ta’ diversi tifsiriet assoċjati mal-materja li hija l-pedament tal-prattika ta’ Agius.

fabricATE

Spazju A, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Mill-mundanità ta’ kuljum, sal-kobor ta’ dak storiku, meraviljuż u bibliku, b’fabricATE, Gabriel Buttigieg jerġa’ jfassal il-miti Greko-Rumani minn Odipus sa Ovidju, u jsawwabhom. Minsuġa fuq drapp fin, dawn in-narrattivi huma fl-istess ħin skuri u eċċitanti.

Magna Żmien – The Maltese, the Mediterranean & Beyond

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja

Bħala nies tal-Mediterran, il-baħar huwa f’demmna. Il-baħar jgħaqqadna, u jippermettilna li nivvjaġġaw minn spazju għal ispazju; minn kultura għal kultura – u b’ hekk it-traddizzjonijiet u l-maneriżmi tagħna xxerrdu madwar il-Mediterran. Min-nofs tas-seklu 19 sal-bidu tas-seklu 20, eluf ta’ Maltin emigraw lejn pajjiżi bħat-Tuneżija, il-Marokk u l-Libja. Anki sal-ġurnata tal-lum, hemm it-traċċi tal-Maltin bid-dixxendenti jġorru l-kunjomijiet u t-tradizzjonijiet tan-nies ta’ dawn il-gżejjer li qasmu l-ilmijiet ta’ spiss qarrieqa ta’ dan il-baħar; storja kumplikata għall-aħħar li issa l-memorja tagħha hija suxxettibbli għall-estinzjoni.

Recurring

THE DELINQUENTS

DELIQUENTS, li ħareġ minn Un Certain Regard ta’ Cannes, bis-seħer u l-imprevidibbiltà tiegħu jirnexxilu jagħti xejra ġdida ta’ avventura liema bħalha lill-films dwar serqiet kbar.