Archives: Events

Recurring

Tarah Wiċċ Alla

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

F’raħal ċkejken u kwiet f’Malta, ta’ kull sena jsir id-dramm tradizzjonali fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira. Huwa avveniment annwali importanti f’din il-kommunita’ żgħira.

Recurring

The Heimlich Hustle

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Suppost kellu jkun pjan sempliċi b’seba’ passi faċli...

TINY KEYS, BIG SOUNDS: Contemporary Compositions for Toy Piano

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Tiny Keys – Big Sounds, jippreżenta programm għall-pjanu tal-ġugarelli, mużika elettronika u strumenti żgħar ta’ perkussjoni. Dan il-proġett jikkontribwixxi għar-repertorju li qed jikber permezz tax-xogħlijiet ikkummissjonati minn 10 kompożituri Maltin u internazzjonali li se juru l-potenzjal artistiku u l-possibbiltajiet espressivi tal-pjanu tal-ġugarell. Dan il-kunċert uniku jispira lill-udjenzi u jqajjem l-għarfien li l-pjani tal-ġugarelli mhux għal logħob! Jistgħu tabilħaqq jitqiesu bħala strument ta' kunċert.

Recurring

Hedda Gabler

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Hedda Gabler hu meqjus bħala kapolavur fil-letteratura tar-realiżmu, u huwa magħruf bħala wieħed mill-aqwa xogħlijiet għall-palk li qatt inkitbu.

/kry – MUSIC SERIES

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

/kry huwa trio strumentali, iffurmat fl-2019 minn Alexander Yannilos, Mona Matbou Riahi u Philipp Kienberger fi Vjenna.

Recurring

MalTease

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

MalTease – proġett ta’ Varjetajiet u Burlesk ispirat mill-atmosfera pulsanti tal-arterja ewlenija tad-divertiment tal-Belt Valletta – Strada Stretta! Dan l-avveniment eċċitanti huwa lura għas-seba' darba b'aktar eċċitament. Ir-rappreżentazzjoni ddur madwar atti, b' ħiliet multidixxiplinarji, bi storja li se tieħdok fi vjaġġ fl-ispazju u fiż-żmien, u ġġib lura l-aqwa żmien tal-cabaret ta’ Malta. Ingħaqad magħna għal mixja minn Strada Stretta.

Dance Festival Malta (DFM)

Dance Festival Malta huwa festival multidixxiplinarju li jistinka biex jikkultiva ekosistema taż-żfin f’Malta billi jipprovdi lill-istudenti u lill-professjonisti taż-żfin bi pjattaforma għal taħriġ intens u żvilupp professjonali.

Improvizza!

Spazju A, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Improvizza! is a theatrical improvisation festival held in Malta. Aimed at local and international performers and improvisers, Improvizza! will be offering a number of workshops of different durations during the day, followed by performances and other events in the evenings. Participants will have a number of ways of being a part of this festival, from workshops to jams to showcase performances.

Recurring

PEER GYNT

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

"PEER GYNT" huwa dramm li jsegwi il-ħajja u avventuri ta' wieħed mill-akbar giddieba Ewropej filwaqt li jgħaddi minn vjaġġ eċitanti u surreali. Insegwu dan il-fantażista impulsiv li jerfa' lilu nnifsu mill-faqar għal ġid u poter oxxen. Peer Gynt, il-karattru titulari, iħobb lin-nisa, joħlom u jħawwad. Irid isir sinjurun u jistabilixxi l-identita' tiegħu.

Recurring

Għanjiet il-Baħħ

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Wara s-serje ta’ wirjiet tagħha fir-Renju Unit, fejn inbiegħu l-biljetti kollha, u n-nominazzjoni għall-Olivier Award fl-2023, Blackout Songs (Għanjiet il-Baħħ) ta’ Joe White ġejja fit-Teatru Spazju Kreattiv. Taħt id-direzzjoni ta’ Toni Attard u maqlub għall-Malti minn Mark Vella, d-dramm juri żewġ individwi li jiltaqgħu b’kumbinazzjoni f’laqgħa tal-AA u li jsibu ruħhom f’rabta ta’ ġenn mimlija passjoni.

MUSIC SERIES – Kym Pepe live

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Għal 5 snin, Kym kienet tkanta mal-grupp ta' mużika alternattiva lokali Brikkuni, grupp ferm stabbilit fix-xena lokali. Spikka leħinha f'dwetti li ħareġ dan il-grupp bħal "Il-Lupu Ma Jibdilx il-Pil" u "Fomm ir-Riħ". Fil-fatt, leħen Kym jinstema' f'diversi kanzunetti fl-aħħar żewġ albums tal-Brikkuni, b'diski b'lirika bil-Malti, Rub Al-Khali u Il-Ħajja, il-Mewt, in-Nisa. Fl-2020 Kym Pepe ħarġet mużika għall lewwel darba taħt isimha, bil-ħruġ tad-debut tagħha, l-EP "Kun". Bit-twaħħid ta' melodiji memorabbli minsuġa ma' keyboards b'ħoss rikk u varjat, l-EP introduċa dimensjoni għal kollox ġdida għall mużika b'lirika bil-Malti. Kym magħrufa wkoll għal żewġ singles li ħarġet, "Armier" u "Mill-Bidu". L-aħħar single tagħha, "Dalgħodu", hija kollaborazzjoni mal-awtur Immanuel Mifsud, li kiteb il-lirik

Recurring

The Grand Tour of the Cavalier

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Aġenzija Żgħażagħ u Spazju Kreattiv għal darb'oħra ingħaqdu flimkien biex jorganizzaw programm professjonali għal kant-awturi ta' talent bejn is-16 u l-20 sena. Mgħejjun minn kant-awturi rinomati lokalment, il-parteċipanti magħżula se jirċievu taħriġ individwali, li jilħaq il-qofol tagħhom f’vetrina ta' xogħol oriġinali tagħhom quddiem udjenza fit-Teatru Spazju Kreattiv fl-2025.

Recurring

ŻfinMade 2024

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

ŻfinMade huwa wieħed mill-programmi ewlenin ta’ ŻfinMalta li jixhdu l-impenn kontinwu tal-kumpanija li tikkultiva l-prattika taż-żfin kontemporanju f'Malta. B’risposta għat-tema "Ġisimna f’Dinja Diġitali", sitt koreografi huma mistiedna joħolqu sensiela ta’ solos u dwetti maż-żeffiena tal-kumpanija ŻfinMalta.