Proġett XX
Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, VallettaF’għeluq l-20 anniversarju mir-rimudellar tal-Kavallier ta’ San Ġakbu bħala ċentru għall-kreattività, Spazju Kreattiv jippreżenta Proġett XX. Il-wirja tesplora l-passat reċenti tal-bini bħala ħanut tan-NAAFI tas-Servizzi Brittaniċi, stamperija tal-gvern kif ukoll it-trasformazzjoni tiegħu f’ċentru għall-kreattività. L-iskeda ta’ żmien hija artikolata permezz ta’ rakkonti orali tal-istorja u dokumentazzjoni viżiva.