Archives: Events

Through The Eyes of A Friend

Spazju B, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

In his own words, Frank Kirchner accidentally met the Maltese carnival in February 2016, during the last day of dismantling decorations of the feast of St Paul in Valletta.

Anatomy of a Viral Landscape

Atrium / Atrium Approach / Upper Atrium

Il-mapep huma rappreżentazzjoni ċatta ta’ pajsaġġi tridimensjonali. Jiddelinjaw pajjiżi, kontinenti, stati u korpi tal-ilma. Kelli naqta’ saffi sħaħ ta’ kodiċi biex nirranġa l-ġeografija.

Malta Café Scientifique: Studying Roofs from Space

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Malta Café Scientifique jixtieq jistiednek għal preżentazzjoni ta studju lokali ta proġett multidixxplinarju li jistudja l-aġir tad-deffun u soqfa moderni bl-użu tal- konkrit f’Malta. Bl-użu ta metodi innovativi, riċerkaturi ħa jkunu qed jippreżentaw studji interdixxiplinarju fejn jidħol x-xjenza tal-konservazzjoni, materjali, kif jaġixxi l-bini, moniteraġġ ta l-ambjent u immaġini tas-satelliti.

SAAI Factory – Exhibition on Art and AI (Malta Edition)

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

SAAI Factory huwa proġett artistiku mnebbaħ mill-artist minn Hamburg Chistopher Faulhaber. L-artist, produttur tal-films u awtur huwa magħruf għall-proġetti sorprendenti li jindirizzaw kwistjonijiet soċjalment rilevanti u kritika istituzzjonali.

Wiki Loves Monuments 2022 in Malta

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Malta se tieħu sehem bis-seba’ edizzjoni f’Wiki Loves Monuments, iddikjarata mill-Guinness World Record bħala l-ikbar kompetizzjoni tal-fotografija fid-dinja. Il-kompetizzjoni ġġib flimkien nies minn madwar id-dinja biex jieħdu ritratti ta’ wirt kulturali mibni jew monumentali biex jidħru fuq il-Wikipedija.

Dying Planet

Spazju B, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Dying Planet: wirja solo ta’ illustrazzjonijiet u pitturi dwar l-Ansjetà klimatika u l-biża’ eżistenzjali mtella’ mill-illustratriċi, id-disinjatriċi u l-artista viżwali, ‘iella’ (Daniela Attard) - ġabra ta’ illustrazzjonijiet u pitturi b’fokus fuq l-ansjetà klimatika u l-biża’ eżistenzjali.

BioArt Alchemy: Works by Anna Dumitriu

Spazju A, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Din l-esibizzjoni mill-BijoArtista Brittanika ta’ fama internazzjonali, Anna Dumitriu, tieħu ispirazzjoni matul iż-żmien mill-istorja tax-xjenza u l-mediċina sar-riċerka l-aktar avvanzata fil-bijoloġija u l-ġenomika sintetika.

SACES – Architecture Student EXPO 2022

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

L-EXPO tal-Arkitettura tal-Istudenti hija ċelebrazzjoni ta’ dak kollu li l-Fakultà għall-Ambjent Mibni tagħmel fl-Università ta’ Malta.

Inaction is a Weapon of Mass Destruction

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Miktub fl-1890 minn Frank Wedekind, dan id-dramm jesponi diversi problemi li ż-żgħażagħ jaffaċċaw f’ħajjithom. Għalkemm kien ġie miktub tant żmien ilu, dan id-dramm għadu validissimu llum u qed jiġi addattat għall-udjenzi tagħna minn Brad Birch taħt ir-reġija ta’ James Grieve.

Marlands

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Maritima-Islands huwa spazju komunikattiv għall-istituzzjonijiet, l-artisti, ir-riċerkaturi u l-pubbliku tal-Mediterran b’attenzjoni speċjali fuq il-gżejjer tar-reġjun. Huwa maħluq sabiex in-nies jiskambjaw l-esperjenzi tagħhom, biex jimmotivahom jiksbu għarfien ġdid, iħeġġiġhom iwettqu xogħol artistiku kollettiv u jgħinhom jirrikonoxxu l-uniċità tal-gżejjer, kif ukoll biex ixerrdu dan l-għarfien lil hinn miż-żona mmirata bħala ma huma dawn il-gżejjer.

Anamnesis

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Il-proġett huwa esibizzjoni viżiva introspettiva minn Clint Calleja, li tikkonsisti minn pitturi, skulturi, fotografija u installazzjonijiet li jduru madwar it-tema ta’ “Trawma u Memorja”. Ix-xogħlijiet tal-arti se jseħħu permezz ta’ rikollezzjonijiet awtobijografiċi li jibqgħu impressi fil-memorja tiegħu. Sfortunatament, ħafna minn dawn huma ta’ natura trawmatika.

INSULAR

Spazju B, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

INSULAR huwa proġett fotografiku li jiffoka fuq il-ħajja ta’ kuljum u d-destin ta’ rġiel żgħażagħ mid-dijaspora Afrikana, li m’ilhomx ħafna li bdew jgħixu Malta. Dan joffri stampa sensittiva ta’ din il-komunità ġdida, u n-nisġa ta’ ritratti, pajsaġġi u arti ta’ natura mejta toħloq narrazzjoni poetika li tipprova toħloq sens ta’ appartenenza; simili għal dar li qed tinbena bejn hawn u hemmhekk.

When the Moon Waxes Red

Spazju A, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Fi żmien ta’ kriżijiet klimatiċi avvanzati, id-dinja għandha tinqara daqslikieku kienet skript li jeħtieġ li jiġi interpretat. Dan jorbot mal-għarfien tradizzjonali, ibiddel il-perspettivi u n-normi u jqajjem il-mistoqsija: Li kieku nipprulalirizzaw l-ideat tagħna dwar id-dinja u nagħrfu li l-fehim attwali tal-futur li ddomina d-dinja għal sekli sħaħ sempliċement iwassal għal tmiem fatali, x’jiġri?

A New Gothic

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

‘A New Gothic’ ser jippreżenta r-raba' u l-ikbar wirja ambizzjuża ta’ xogħol kontemporanju mill-artista u pittriċi Ġulja Holland. Mill-14 t’April sal-21 ta’ Mejju fl-iSpazju Ċ, ser ikun esibit serje ta’ xogħlijiet minn ħinha fl-Ingilterra, il-Portugal u Malta.