Archives: Events

Spanish Film Days: Nacidas Para Sufrir

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Ir-rakkont ta’ grupp ta’ nisa (anzjana ħelwa, in-neputija reliġjuża tagħha, il-qaddejja tagħha u l-omm b’diżabbiltà), kollha tant ġenerużi u altruisti li kważi jikkompetu ma’ xulxin bħala rivali feroċi biex jaraw min jista’ jgħin l-aktar u jagħmel l-akbar sagrifiċċju għall-benesseri tal-oħrajn. U lkoll nafu l-qawl magħruf: ‘It-triq għall-infern hija mwittija b’intenzjonijiet tajbin’.

Recurring

Anatomy of a Fall

Meta żewġha Samuel jinstab mejjet b'mod misterjuż fil-borra ta' silġ taħt kabina tagħhom imwarraba. Sandra (Sandra Hüller) issir is-suspettata ewlenija meta l-pulizija jibdew jistaqsu jekk waqax jew kienx imbuttat. Il-proċess tal-ġudikatura idur mhux biss għal investigazzjoni, iżda vjaġġ psikoloġiku fil-fond taż-żwieġ ikkumplikat ta’ Sandra u Samuel. B’evidenza konfliġġenti u xhieda inkonsistenti, il-kliem jispiċċa jitħaddem bħal armi u veritajiet xokkanti joħorġu fid-dawl f’din id-drama.

Anselm (2D) plus pre-recorded Q&A

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Esperjenza li ma bħalha, id-direttur magħruf sew Wim Wenders joħloq ritratt espressiv ta’ wieħed mill-aktar artisti kontemporanji prominenti u importanti fid-dinja, Anselm Kiefer. Anselm intwera fi screening speċjali waqt Cannes tal-2023.

European Cinema Night – On The Adamant

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Parti ewlenija tal-programm Creative Europe MEDIA hija l-involviment mal-udjenzi ta’ kull età, permezz ta’ attivitajiet differenti bħal European Cinema Night – Naqsmu stejjer li nħobbu.

MET Opera Live in HD: Florencia en el Amazonas

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Ispirata mir-realiżmu maġiku ta’ Gabriel García Márquez, l-opra tal-kompożitur Messikan Daniel Catán tal-1996 tirrakkonta l-istorja li ssaħħar ta’ diva tal-opra Brażiljana li tirritorna lejn art twelidha biex tagħti prestazzjoni fit-teatru tal-opra leġġendarju ta’ Manaus—u biex tfittex il-maħbub mitluf tagħha, li sparixxa fil-ġungla.

Recurring

Fallen Leaves

Il-produttur tal-films Aki Kaurismäki (Le Havre, The Other Side of Hope) rebbieħ ta’ premjijiet jagħmel ritorn maġġuri b’FALLEN LEAVES, storja ta’ mħabba, tama u sodisfaċenti li rebħet il-Premju tal-Ġurija fil-Festival tal-Films ta’ Cannes 2023.

ĊineXjenza – Annihilation

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Taf min int? Ingħaqad magħna għal wiri ta' Annihilation fit-12 ta' Diċembru fis-7pm fiċ-Ċinema Spazju Kreattiv.

Petite Nature (French Film Days)

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Johnny is ten years old. But at his age, he's only interested in adult stories. In his low-income housing estate in Lorraine, he observes his young mother's turbulent love life with curiosity. This year, he joins the class of Monsieur Adamski, a young teacher who believes in him and with whom he pushes open the door to a new world.

Movies That Matter: The Killing of a Journalist

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

When an investigative journalist and his fiancée are brutally murdered and Slovakia’s police fail to question the prime suspect, a leaked case file reveals rampant corruption and protests for justice erupt. On the night of February 21, 2018, investigative journalist Ján Kuciak and his fiancée Martina Kušnírová, both just 27 years old, were brutally murdered in their home. It was the first targeted killing of a journalist in Slovakia’s history, and shocked citizens protested on a scale not seen since the fall of communism.

Erase the Nation

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

“Erase the Nation” huwa film dokumentarju tal-gwerra li jitfa’ dawl fuq il-kapitlu traġiku tad-delitti tal-gwerra Russi mwettqa kontra l-wirt nazzjonali u multikulturali tal-Ukrajna. Dan il-film b'saħħtu jenfasizza d-devastazzjoni kkaġunata fuq mużewijiet, monumenti, siti arkeoloġiċi u postijiet sagri bħall-katidral f’Odessa, kollha meqruda bla ħniena mill-forzi Russi li qed jippruvaw jerġgħu jiktbu l-istorja f’isem l-ideoloġija chauvinista ta' “Great Russia”.

Recurring

Callas – Paris 1958

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Lejl li ma jintesiex. Maria Callas, id-diva kwintessenzjali u l-wiċċ tal-opra fis-seklu 20, għamlet id- debutt tagħha f’Pariġi b’dan l-ispettaklu leġġendarju ġewwa l-lussuża Paris Opéra fid-19 ta’ Diċembru, 1958, għal lejl wieħed biss.

Movies That Matter: Mama Bears + Q&A

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

X’jiġri meta t-tfal tiegħek ikunu omosesswali jew transġeneru, meta inti temmen b’qalbek kollha li dan huwa dnub? L-Insara Evanġeliċi Kimberly u Sara jagħmlu tranżizzjoni kuraġġuża għal “Mama Bears” li jħobbu. Sadanittant, iż-żagħżugħa Tammi tissielet sabiex taċċetta lilha nnifisha u wkoll ma’ ommha stess. Dokumentarju li jmiss il-qlub dwar ir-rebħa tal-imħabba fuq il-mibegħda.

Recurring

Napoleon

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Parzjalment iffilmjat f’Malta! Napoleon huwa film epiku ta’ azzjoni mimli spettaklu li jagħti dettalji dwar il-ħajja mimlija tal-Imperatur ikoniku Franċiż Napuljun Bonaparti, mill-qawma sal-waqgħa tiegħu.

MET Opera Live in HD: Florencia en el Amazonas (Encore)

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Ispirata mir-realiżmu maġiku ta’ Gabriel García Márquez, l-opra tal-kompożitur Messikan Daniel Catán tal-1996 tirrakkonta l-istorja li ssaħħar ta’ diva tal-opra Brażiljana li tirritorna lejn art twelidha biex tagħti prestazzjoni fit-teatru tal-opra leġġendarju ta’ Manaus—u biex tfittex il-maħbub mitluf tagħha, li sparixxa fil-ġungla.

MET Opera Live in HD: Nabucco

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Il-Babilonja tal-Qedem tingħata l-ħajja f’din il-produzzjoni klassika tal-Met ta’ proporzjonijiet bibliċi. Il-Baritonu George Gagnidze huwa s-sultan imperjuż Nabucco, flimkien mas-sopran Liudmyla Monastyrska, li se terġa’ tinterpreta l-parti ta’ bintu vendikattiva Abigaille.