Archives: Events

Spanish Film Days: Mi Gran Noche

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Jose, bla xogħol, jintbagħat minn aġenzija tal-meteorologiku biex jaħdem bħala 'extra' waqt programm speċjali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena li qed ikun irrekordjat f’nofs Awwissu.

Recurring

The Count of Monte Cristo (French Film Days)

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

The target of a sinister plot, young Edmond Dantes is arrested on his wedding day for a crime he did not commit. After fourteen years in the island prison of Château d’If, he manages a daring escape. Now rich beyond his dreams, he assumes the identity of the Count of Monte Cristo and exacts his revenge on the three men who betrayed him.

Recurring

Ethiopian Film Days

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Dan huwa l-ewwel festival tal-films Etjopjani f’Malta li se jsir bejn il-Ġimgħa, 11 ta’ Ottubru
2024 u l-Ħadd, 13 ta’ Ottubru 2024. Il-festival jinkludi l-wiri ta’ tliet films Etjopjani
b’introduzzjoni u b’sessjoni għall-mistoqsijiet u t-tweġibiet għal kull wieħed minnhom.

Met Live in HD: Jeanine Tesori’s Grounded

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

L-opra l-ġdida b’messaġġ b’saħħtu tal-kompożitriċi Jeanine Tesori, rebbieħa tat-Tony Award, Grounded tintwera għall-ewwel darba fil-Metropolitan Opera, u tindirizza l-problemi li ħolqot l-gwerra tas-seklu 21 li ħafna drabi jiġu injorati, il-kunflitti etiċi maħluqa mill-użu ta’ teknoloġija militari moderna u l-piż psikoloġiku u emozzjonali li teknoloġija remota li suppost hija sikura tħalli fuq is-suldati tagħna. Il-mezzo-sopran Kanadiża, Emily D’Angelo, tinterpreta l-parti tal-famuż bdot tal-ajruplani tal-gwerra li t-tqala mhux ippjanata tagħha ġġiegħelha 

Recurring

Will Heaven Fall Upon Us? | A Béla Tarr Retrospective

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Béla Tarr ġie deskritt bħala "ċinika ta' tama" u "mistika skatoloġika", produttur tal-films li jagħmel ħrejjef distopiċi dwar il-waqgħa tal-Komuniżmu. Iżda l-kritiċi politiċi tiegħu ta’ reġim korrotti terminalment jirrifjutaw li jiġu stabbiliti għal mument storiku speċifiku u, għat-telespettatur modern, jieħdu kwalità metafiżika – kumment dwar l-entropija inevitabbli tas-sistemi kollha, bijoloġiċi, psikoloġiċi u soċjali. Bil-ħolma tad-demokrazija Liberali tbatti, jiġu offruti viżjonijiet utopiċi ġodda mill-ideoloġi ta’ Silicon Valley. Oġġetti sublimi ġodda, l-ekwivalenti modern tal-balieni mirakolużi ta’ Werckmeister Harmonies, jimlew il-pajsaġġ kontemporanju, filwaqt li r-realtà tat-tibdil fil-klima tipproduċi dejjem aktar avvenimenti tat-temp simili max-xita, ir-riħ u t-tajn bla waqfien ta’ Tarr.

Mi fanno male i capelli

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Monica qed titlef il-memorja tagħha u ħajjitha qed titfarrak. It-tobba jgħidulha li għandha s-sindrome ta’ Korsakoff. Din m’hemmx fejqan għaliha. Iżda mbagħad isseħħ xi ħaġa mhux mistennija: Monica ssib mod biex tagħti sens għal dak li qed jiġri billi “tissellef” il-memorji ta’ Monica oħra, waħda li dejjem kienet tammira: Monica Vitti.

Recurring

Edward Scissorhands: Matthew Bourne’s dance version of Tim Burton’s classic

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Il-produzzjoni taż-żfin maġika ta’ Matthew Bourne ta’ Edward Scissorhands sabet post fil-qlub tal-udjenzi madwar id-dinja mill-premiere tagħha fl-2005. Ibbażata fuq il-film klassiku ta’ Tim Burton u li fiha l-mużika sabiħa ta’ Danny Elfman u Terry Davies, Bourne u New Adventures Company jerġgħu lura għal din l-istorja nostalġika ta’ tifel mhux komplut li jitħalla waħdu f’dinja ġdida u stramba. Iffilmjat dirett f’Marzu 2024 f'Wales Millenium Centre, Cardiff, din il-produzzjoni ‘b'viżwalment li jiġbed l-għajn u inventiva bla waqfien’ hija ‘ħarġa perfetta għall-familja kollha’.

National Theatre Encore: Frankenstein (Benedict Cumberbatch as The Creature)

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Miġbuda direttament fl-2011 mill-palk tat-Teatru Nazzjonali ta’ Londra, din il-produzzjoni eċitanti u li l-biljetti għaliha nbiegħu kollha tant lisaret is-suġġett ta’ sensazzjoni internazzjonali, ġiet esperjenzata minn nofs miljun ruħ minn madwar id-dinja ġewwa ċinemas differenti.

Cosmos

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Cosmos, adattament liberu tar-rumanz fenomenali ta’ Witold Gombrowicz li jġib l-istess isem, huwa thriller metafiżiku noir li jirrakkonta l-istorja ta’ żewġt iħbieb li jqattgħu xi żmien f’pensjoni ġewwa l-kampanja fejn jiskopru sinjali misterjużi u tal-biża’.

Carrie (4K restoration)

Jekk ma tibża’ minn xejn, erġa’ ħu lil CARRIE għall-prom tagħha.

L-adattament tant imfaħħar mill-kritika ta’ Brian De Palma tar-rumanz tal-biża’ ta’ Stephen King se jerġa’ jintwera b’mod esklużiv fil-31 ta’ Ottubru biss ġewwa ċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv f’verżjoni ġdida fjamanta.

Recurring

The Substance

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Qatt ħlomt b'verżjoni aħjar minnek?

Inti. L-aħjar f'kull mod.

Int trid tipprova dan il-prodott: The Substance

Biddlet ħajti.

Recurring

Beetlejuice Beetlejuice

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Beetlejuice jirritorna! Tim Burton, il-kreattiv viżjonarju u n-nominat għall-Oscar u l-istilla Michael Keaton li huwa n-nominat għall-Oscar ukoll jingħaqdu mill-ġdid għal Beetlejuice Beetlejuice, is-sequel tant mistenni tal-Beetlejuice ta’ Burton, rebbieħ tal-premjijiet.

Young Audience Film Day 2024 

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Fit-3 ta’ Novembru 2024, ingħaqad magħna għal Jum il-Films għal Pubbliku Żagħżugħ, avveniment speċjali li jlaqqa’ flimkien lil żgħażagħ minn madwar l-Ewropa permezz ta’ films influwenti. Dan il-jum eċċitanti se jinkludi l-wiri b’mod simultanju tal-film rebbieħ tal-Premju għall-Pubbliku Żagħżugħ SCRAPPER f’ċinemas f’aktar minn 30 pajjiż, b’xandira diretta u sessjoni għall-mistoqsijiet u t-tweġibiet minn Lucerne, l-Iżvizzera ospitata minn żgħażagħ mill-Klabb Ewropew tal-Films. Il-qofol tal-ġurnata se jkun it-tħabbira b’mod esklużiv tat-tliet films nominati għall-Premju Ewropew għall-Pubbliku Żagħżugħ ta’ din is-sena u kull min jattendi se jkollu ċ-ċans li japplika biex jingħaqad mal-ġurija ta’ 99 żagħżugħ u żgħażugħa biex jintgħażel il-film rebbieħ. Titlifx din l-opportunità unika biex tagħmel kuntatti, tiddiskuti u tiċċelebra ċ-ċinema!

Recurring

My Favourite Cake

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Taħlita sabiħa u delikata ta’ film, My Favorite Cake, miktub u b'direzzjoni mill-produtturi tal-films Iranjani Maryam Moghaddam u Behtash Sanaeeha, jesplora temi ta’ mħabba, dispjaċir u t-tieni ċans. Huwa stabbilit fl-isfond ta’ pajjiż b’regoli u restrizzjonijiet stretti, speċjalment fejn jidħlu d-drittijiet u l-libertajiet tan-nisa.

Strait Street to Abbey Road

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Valletta, is-snin bikrin ta’ Tony Carr kienu magħmulin mill-mużika. Gwidat minn mużiċisti jazz Afro Amerikani, Tony ifforma parti minn wieħed mill-ewwel triji tal-Jazz f’Malta. Imqanqal mill-passjoni għall-mużika, mar Londra, fejn eventwalment ingħaqad ma’ Billy Eckstine fuq tour Ewropew, u dan kien l-punt tat-tluq tiegħu. Matul is-sittinijiet, Tony sar wieħed mill-aqwa drummers ta’ John Cameron, u kkollabora ma’ leġġendi bħal Ella Fitzgerald u Paul McCartney. Minkejja l-kontribuzzjonijiet sinifikanti tiegħu, il-wirt ta’ Tony għadu sottovalutat f’Malta.

Recurring

The Room Next Door

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

L-ewwel feature film ta’ Pedro Almodóvar bl-Ingliż u rebbieħ tal-Golden Lion, Festival tal-Films ta’ Venezja 2024.