Met Live in HD: Mozart’s Le Nozze di Figaro (Encore)
Fis-26 ta’ April, il-kummiedja klassika ta’ Mozart se tirritorna fiċ-ċinema ta’ madwar id-dinja bi trażmissjoni diretta mill-Metropolitan Opera. Il-konduttriċi Joana Mallwitz, fid-debutt tagħha fil-Met, tmexxi kast eċċezzjonali inkluż il-baxx-baritonu Amerikan, Michael Sumuel, bħala l-kamrier intelliġenti Figaro, is-sopran Ukrena, Olga Kulchynska, bħala s-seftura makakka Susanna, il-baritonu Kanadiż, Joshua Hopkins bħala l-Konti li ma jistax jara mara, is-sopran Taljana, Federica Lombardi, bħala l-mara dejjem imdejqa tiegħu, u l-mezzo-sopran Franċiża, Marianne Crebassa, bħala ż-żagħżugħ nobbli Cherubino.