Archives: Events

Met Live in HD: Rossini’s Il Barbiere di Siviglia (Encore)

Fil-31 ta’ Mejju, l-istaġun Live in HD tal-2024-25 tal-Metropolitan Opera jasal fi tmiemu bi trażmissjoni diretta tal-kummiedja animata ta’ Rossini. Il-mezzo-sopran Russa, Aigul Akhmetshina, hija l-protagonista ta’ cast mill-aqwa bħala l-eroina mimlija enerġija, Rosina, flimkien mat-tenur Amerikan Jack Swanson, fid-debutt tiegħu fil-Met, bħala l-maħbub sigriet tagħha, il-Konti Almaviva. Il-baritonu Moldovan, Andrey Zhilikhovsky, fil-parti ta’ Figaro, il-barbier b’moħħu jilħaqlu ta’ Sevilja, bil-baxx-baritonu Ungeriż, Peter Kálmán, bħala Dr Bartolo u l-baxx Russu, Alexander Vinogradov, bħala Don Basilio li jiffurmaw il-kumplament tal-kast prinċipali. Giacomo Sagripanti jmexxi l-produzzjoni mhux tas-soltu ta’ Bartlett Sher.

MCAST ICA Festival 2025

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Din l-esebizzjoni hija vetrina annwali li tipromwovi studenti emerġenti tal-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST.