Elektronika | Past – Present – Future
Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt VallettaElektronika huwa proġett li għandu l-iskop li jiżviluppa storjografija tal-mużika elettronika f’Malta. Fl- aħħar tnax-il xahar, dan il-proġett għadda minn fażi ta’ riċerka permezz ta’ serje ta’ sessjonijiet ta’ stejjer orali fejn ġie esplorat l-iżvilupp u l-evoluzzjoni tax-xena tal-mużika elettronika f’Malta. F’Marzu li għadda, din l-ewwel fażi ta’ riċerka ġiet konkluża bi preżentazzjoni minn Michael Bugeja u Toni Sant mill Fondazzjoni M3P.