Archives: Events

 KorMalta | William Byrd – Mass & Motets

St James Cavalier, Castille Place, Valletta

William Byrd kien kompożitur prominenti Ingliż tal-perjodu tar-Rinaxximent, partikolarment magħruf għall-mużika korali sagra tiegħu, li tinkludi Quddies, mużika korali sagra u innijiet, kif ukoll mużika vokali u strumentali sekulari.

Synth Meet + AGM

Nhar il-Ħamis 20 ta’ Lulju 2023, l-għaqda volontarja Electronic Music Malta (EMM) ħa torganizza attivita li ħa tikkonsisti f’‘Synthesizer Meet-Up’ flimkien ma’ laqgħa ġenerali annwali tal-istess għaqda għas-sena li għaddiet (2022).

Cher Camilleri Concert – MUSIC SERIES

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Cher Camilleri hija kantanta u awtriċi Maltija tal-elettronika. Wara li ddebuttat il-mużika tagħha fl-2021 u album sħiħ fl-2022, il-kanzunetti ta’ Cher jippreżentaw kwalità etereali u mistika, u huma rikki fl-emozzjoni daqskemm huma fl-awtentiċità.

‘Hymns’ – Album Launch Concert

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Il-Ġimgħa, 12 ta’ Mejju, is-sassafonist Malti Carlo Muscat nieda s-sitt album tiegħu bħala lider.

Circuits Non-Stop A Mini Electronic Music Convention

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Circuits_Non_Stop is Electronic Music Malta's annual micro-convention, dedicated to celebrating the diverse world of electronic music in many of its forms. Throughout the years, Circuits have consistently included artists from various artistic backgrounds, this year, we are placing a special emphasis on the revisiting of our roots, in parallel with paving the way into the future through building bridges with like-minded communities. The space will be designed to be a gathering hub for both creatives and enthusiasts, offering a platform for discovery and exploration of works from around the island.

Subotnick – Portrait of an Electronic Music Pioneer

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Electronic Music Malta tippreżenta l-wiri tal-premiere tad-dokumentarju Subotnick: A Portrait of an Electronic Music Pioneer. Subotnick jesplora l-ħajja ta’ pijunier tal-mużika elettronika, Morton Subotnick. Dan il-personaġġ, li llum għandu disgħin sena bena kult ma’ ġenerazzjoni ġdida illi illum tagħrfu bħala l-missier tal-mużika ‘Techno’.

Mediterranean Day Concert

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Il-Kunċert ta’ Jum il-Mediterran huwa avveniment immirat li jeħodna fi vjaġġ ta' prestazzjoni mużikali b’impatt soċjali. Il-Kunċert huwa opportunità unika biex niċċelebraw il-Mediterran fir-rikkezza u d-diversità kollha tiegħu.

EMM – Synth DIY Workshop

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Għal darb’oħra Electronic Music Malta (EMM) qiegħda tistiednek għal workshop u preżentazzjoni li titratta d-dinja affaxxinanti tal-bini u pproġettar ta’ apparat li jiġġenera ħsejjes elettroniċi simili għal dawk ta’ synthesizers u drum machines.

Recurring

Gatt Groove Album Launch

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Il-Jazz Trio Maltin SFERA se jkunu qed iniedu l-ewwel album tagħhom iddedikat lill-mibki Charles 'City' Gatt, bit-titlu 'Gatt Groove'.

TINY KEYS, BIG SOUNDS: Contemporary Compositions for Toy Piano

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Tiny Keys – Big Sounds, jippreżenta programm għall-pjanu tal-ġugarelli, mużika elettronika u strumenti żgħar ta’ perkussjoni. Dan il-proġett jikkontribwixxi għar-repertorju li qed jikber permezz tax-xogħlijiet ikkummissjonati minn 10 kompożituri Maltin u internazzjonali li se juru l-potenzjal artistiku u l-possibbiltajiet espressivi tal-pjanu tal-ġugarell. Dan il-kunċert uniku jispira lill-udjenzi u jqajjem l-għarfien li l-pjani tal-ġugarelli mhux għal logħob! Jistgħu tabilħaqq jitqiesu bħala strument ta' kunċert.