Archives: Events

MPO Concert 4

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

F’dan l-istaġun, il-programm ta' Spazju Kreattiv se jkun qed jintroduċi serje ta' mużika ġdida li tikkomprometti kunċerti diretti minn baned lokali, sessjonijiet akustiċi minn mużiċisti emerġenti kif ukoll sħubiji ma’ organizzazzjonijiet stabbiliti.

MPO Series │ Concert III

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

L-MPO jirritorna Spazju Kreattiv biex jippreżenta kunċert bħala parti mis-sensiela ta’ kollaborazzjoni.

Elektronika | Past – Present – Future

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Elektronika huwa proġett li għandu l-iskop li jiżviluppa storjografija tal-mużika elettronika f’Malta. Fl- aħħar tnax-il xahar, dan il-proġett għadda minn fażi ta’ riċerka permezz ta’ serje ta’ sessjonijiet ta’ stejjer orali fejn ġie esplorat l-iżvilupp u l-evoluzzjoni tax-xena tal-mużika elettronika f’Malta. F’Marzu li għadda, din l-ewwel fażi ta’ riċerka ġiet konkluża bi preżentazzjoni minn Michael Bugeja u Toni Sant mill Fondazzjoni M3P.

KorMalta Female Ensemble – French Choral Music

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Kunċert intimu u Sagru għal kor femminili bbażat fuq il-mużika Franċiż b’attenzjoni partikolari għal Gabriel Faure u l-kontemporanji tiegħu. Matul is-seklu dsatax kienu qed jaħdmu diversi dinamiċi mmirati biex jagħtu spinta ġdida lill-mużika korali. L-arti lirika Franċiża, fil-forom kollha tagħha, toffri lill-pubbliku korijiet numerużi li, skont is-suċċess fix-xena, jiġu flimkien mal-programmi tal-kunċerti. B’mod parallel, il-movimenti differenti ta’ riabilitazzjoni tal-mużika reliġjuża fi Franza huma bbażati b’mod aktar speċifiku fuq repertorju korali ispirat mir-ritorn lejn tradizzjonijiet melodijużi antiki.

Storbjużi Gathering

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Storbju Terramaxka u Noise Monger huwa apparat elettroniku li jiġġenera ħsejjes elettroniċi u li ġew ikkommissjonati Electronic Music Malta.

Recurring

Il-Klus ta’ Clews

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Il-Klus ta' Clews huwa spettaklu speċjali ta’ varjetajiet li jiċċelebra x-xogħlijiet ta’ wieħed mill-aktar komiks rinomati ta’ Malta, Charles Clews.

€10

Dance Festival Malta

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Dance Festival Malta (DFM) oriġina bħala inizjattiva privata minn tlett prattikanti taż-żfin li xtaqu joħolqu pjattaforma taż-żfin annwali mmirata lejn il-ħolqien ta' opportunitajiet għal artisti lokali u internazzjonali biex juru ix-xogħol tagħhom u jesponu lill-udjenzi lokali għal xogħlijiet taż-żfin oriġinali.

€10

An Evening With ĠENN – Music Series

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Għal band li isimha ħaditu mill-kelma Maltija għall-ġenn, ĠENN jikbru fost il-koas.

KorMalta: Christmas Concert

Atrium / Atrium Approach / Upper Atrium

Wara l-wirjiet eċċitanti fl-2021, KorMalta se terġa’ tippreżenta serata li tisħon il-qalb ta’ carol favoriti tematiċi tal-istaġun tal-Milied b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv.
Programm varjat ta’ xogħlijiet tradizzjonali u kontemporanji se jkun qed ipoġġi l-burdata għal serata ferrieħa, kantata u esegwita bil-mod kif kienu maħsuba oriġinarjament. Il-kunċert se jerġa’ jkollu l-karatteristika tant maħbuba tiegħu – il-parteċipazzjoni tal-udjenza fil-kant tal-karol flimkien mal-kor –– flimkien bħala party mużikali.

Electric Café Concert

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Fid-dinja mgħaġġla, ultra-konnessa u kumplessa ta’ llum, dejjem huwa ta' serħan għalina l-bnedmin li nsibu daqsxejn ta’ wens f’xi rikordji nostalġiċi, fi żmien fejn moħħna kien ħieles mill-istorbju kollu li nsibu madwarna. Waħda mill-invenzjonijiet magħmula mill-bniedem stess, li ilha teżisti eluf ta' snin u bl-aktar mod effettiv tista' teħodna lura u tqanqal it-tifkiriet daqxejn imċajpra - hija l-mużika.

DIY Synthesizer Workshop

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Għal sena oħra Electronic Music Malta (EMM) qiegħda tistiednek għal workshop u preżentazzjoni li titratta d-dinja affaxxinanti tal-bini u pproġettar ta’ apparat li jiġġenera ħsejjes elettroniċi simili għal dawk ta’ sythesizers u drum machines.

KorMalta: Love and Life

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Serata ta’ mużika Vokali chamber ippreżentata minn KorMalta - Malta’s National Choir. 

On the Cosmic Shore | Alexandra Alden and Chris Riddell

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Alexandra Alden, imwielda Malta, bħal ħafna, qiegħda tfittex postha. Hija tinnaviga rakkonti ikoniċi dwar tmiem id-dinja, l-għerf ġentili tal-effett tal-farfett kif ukoll l-immensità u s-sbuħija tan-natura permezz tal-mużika tagħha, b’sens ta’ urġenza u ta’ għaġeb, li jxaqleb lejn ħoss indie folk pop etereali b’elementi li jikkuntrastaw u li huma iktar misterjużi. Ingħaqad magħna għall-kunċert live ma’ Alexandra fl-ambjent intimu tat-Teatru ta’ Spazju Kreattiv.