Archives: Events

Recurring

The Salt Path

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

The Salt Path hija l-istorja vera u profonda ta’ koppja raġel u mara, Raynor u Moth Winn, li jagħmlu mixja ta’ 630 mil tul il-kosta sabiħa iżda mħarbta ta’ Cornwall, Devon u Dorset. Wara li ġew sfurzati jitilqu minn darhom, jieħdu d-deċiżjoni ddisprata li jimxu fit-tama li, fin-natura, jsibu ftit faraġ u sens ta’ aċċettazzjoni. B’riżorsi limitati, biss tinda u ftit affarijiet essenzjali bejniethom, kull pass tul din il-mixja huwa xhieda tas-saħħa u d-determinazzjoni tagħhom li dejjem tikber. THE SALT PATH huwa vjaġġ li jgħaqqad b’mod indaqs l-eċitament, l-isfida u s-sens ta’ libertà. Rappreżentazzjoni ta’ x’inhi d-dar, kif tista’ tintilef u terġa’ tinstab bl-aktar modi mhux mistennija. Gillian Anderson u Jason Isaacs huma l-protagonisti ta’ din l-istorja.

FameHungry

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Met Live in HD: Mozart’s Le Nozze di Figaro (Encore)

Fis-26 ta’ April, il-kummiedja klassika ta’ Mozart se tirritorna fiċ-ċinema ta’ madwar id-dinja bi trażmissjoni diretta mill-Metropolitan Opera. Il-konduttriċi Joana Mallwitz, fid-debutt tagħha fil-Met, tmexxi kast eċċezzjonali inkluż il-baxx-baritonu Amerikan, Michael Sumuel, bħala l-kamrier intelliġenti Figaro, is-sopran Ukrena, Olga Kulchynska, bħala s-seftura makakka Susanna, il-baritonu Kanadiż, Joshua Hopkins bħala l-Konti li ma jistax jara mara, is-sopran Taljana, Federica Lombardi, bħala l-mara dejjem imdejqa tiegħu, u l-mezzo-sopran Franċiża, Marianne Crebassa, bħala ż-żagħżugħ nobbli Cherubino.

Recurring

MalTease – 8th Edition

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

MalTease huwa proġett eċċitanti ta’ Varjetà u Burlesque li ser iħallik bla kliem. Dan l-ispettaklu affaxxinanti jgħaqqad flimkien żfin, kummiedja, kant, u joffri esperjenza indimentikabbli. Ispirat mill-ambjent vibranti ta’ Strada Stretta, il-post leġġendarju tad-divertiment fil-Belt Valletta, MalTease jerġa’ jqajjem l-essenza tal-kabaret Malti fl-aqwa żminijiet tiegħu. L-ispettaklu jiġbor fih l-ispirtu ta’ Strada Stretta, it-triq storika tal-Belt Valletta magħrufa għall-ħajja vivaċi ta’ billejl u t-taħlita eklettika ta’ artisti.

Met Live in HD: Rossini’s Il Barbiere di Siviglia (Encore)

Fil-31 ta’ Mejju, l-istaġun Live in HD tal-2024-25 tal-Metropolitan Opera jasal fi tmiemu bi trażmissjoni diretta tal-kummiedja animata ta’ Rossini. Il-mezzo-sopran Russa, Aigul Akhmetshina, hija l-protagonista ta’ cast mill-aqwa bħala l-eroina mimlija enerġija, Rosina, flimkien mat-tenur Amerikan Jack Swanson, fid-debutt tiegħu fil-Met, bħala l-maħbub sigriet tagħha, il-Konti Almaviva. Il-baritonu Moldovan, Andrey Zhilikhovsky, fil-parti ta’ Figaro, il-barbier b’moħħu jilħaqlu ta’ Sevilja, bil-baxx-baritonu Ungeriż, Peter Kálmán, bħala Dr Bartolo u l-baxx Russu, Alexander Vinogradov, bħala Don Basilio li jiffurmaw il-kumplament tal-kast prinċipali. Giacomo Sagripanti jmexxi l-produzzjoni mhux tas-soltu ta’ Bartlett Sher.

MCAST ICA Festival 2025

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Din l-esebizzjoni hija vetrina annwali li tipromwovi studenti emerġenti tal-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST.

SongCraft 2025

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Spazju Kreattiv u Aġenzija Żgħażagħ għal darb’oħra ingħaqdu flimkien għall-ħames edizzjoni ta’ SongCraft, programm ta’ żvilupp professjonali mfassal għal kantawturi ta’ talent ta’ bejn l-14 u l-20 sena.

Dan il-proġett joffri lill-parteċipanti l-opportunità unika li jiġu mħarrġa minn kantawturi lokali rinomati hekk kif jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u joħolqu kompożizzjonijiet oriġinali. Il-programm jilħaq il-qofol tiegħu f’vetrina diretta fit-teatru ta’ Spazju Kreattiv fl-Lulju 2025, fejn il-parteċipanti se jinterpretaw il-kanzunetti li huma kreati flimkien mal-mentors tagħhom. (Jekk jogħġbok innota: l-avveniment se jiġi ffilmjat u fotografat).
This initiative offers participants the unique opportunity to be mentored by renowned local singer-songwriters as they develop their skills and create original compositions. The programme culminates in a live showcase at the Spazju Kreattiv theatre in July 2025, where participants will perform the songs they crafted alongside their mentors. (Please note: the event will be filmed and photographed).

Recurring

Complicit: A Michael Haneke Retrospective

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

"Il-film huwa 24 gidba kull sekonda għas-servizz tal-verità, jew għas-servizz tat-tentattiv li tinstab il-verità" - Michael Haneke

Dance Festival Malta

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Dance Festival Malta huwa festival multidixxiplinarju vibranti ddedikat għat-tisħieħ tal-ekosistema tad-danza f’Malta billi joffri lill-istudenti u lill-professjonisti pjattaforma dinamika għal taħriġ intensiv u tkabbir artistiku. Imtella’ fuq erbat ijiem f’Lulju, il-festival jinkludi programm ta’ workshops, masterclasses u prestazzjonijiet li jiċċelebraw kulturi differenti taż-żfin.