On the Cosmic Shore | Alexandra Alden and Chris Riddell
Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, VallettaAlexandra Alden, imwielda Malta, bħal ħafna, qiegħda tfittex postha. Hija tinnaviga rakkonti ikoniċi dwar tmiem id-dinja, l-għerf ġentili tal-effett tal-farfett kif ukoll l-immensità u s-sbuħija tan-natura permezz tal-mużika tagħha, b’sens ta’ urġenza u ta’ għaġeb, li jxaqleb lejn ħoss indie folk pop etereali b’elementi li jikkuntrastaw u li huma iktar misterjużi. Ingħaqad magħna għall-kunċert live ma’ Alexandra fl-ambjent intimu tat-Teatru ta’ Spazju Kreattiv.