Dance Festival Malta
Dance Festival Malta huwa festival multidixxiplinarju li jikkultiva ekosistema taż-żfin f’Malta billi jipprovdi lill-istudenti u lill-professjonisti taż-żfin bi pjattaforma għal taħriġ intensiv u ta' żvilupp professjonali. Mifrux fuq erbat ijiem f’Lulju, l-festival se jospita serje ta’ workshops, masterclasses u wirjiet li jiċċelebraw ir-rikkezza tal-lingwa universali tal-kulturi taż-żfin, li jinkludu artisti u koreografi internazzjonali stabbiliti.