FAQ

Il-Ħinijiet tal-Ftuħ
Issibna miftuħin mit-Tlieta sal-Ħadd 9am – 5pm, u mis-Sibt sal-Ħadd 10am – 9pm.
Nhar ta’ Tnejn u fil-festi pubbliċi inkunu magħluqin.

X’inhu Spazju Kreattiv?
Spazju Kreattiv huwa spazju artistiku multidixxiplinarju u ċentru tal-arti li jinsab fil-qalba tal-Belt Valletta. Nospitaw wirjiet tal-arti, taħditiet, ċinema u aktar. Għal aktar informazzjoni agħti ħarsa lejn il-paġna Dwarna. 

Fejn hu Spazju Kreattiv?
Spazju Kreattiv jinsab fi Pjazza Kastilja fil-qalba tal-Belt Valletta. Ninsabu fil-bini tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, tefgħa ta’ ġebla bogħod mill-Berġa ta’ Kastilja u l-Barrakka ta’ Fuq. Biex issir taf aktar dwarna u kif tippjana żjara tiegħek, iċċekkja l-paġna tagħna Ippjana ż-Żjara Tiegħek.

Id-dħul għal Spazju Kreattiv huwa b’xejn?
Iva! Id-dħul fil-bini ta’ Spazju Kreattiv huwa kompletament bla ħlas, b’wirjiet u attivitajiet b’xejn li qed jiġu ospitati matul il-programm tagħna. Biex titgħallem aktar dwar dak li jkun għaddej, żur il-paġna tal-Avvenimenti jew abbona fin-newsletter tagħna għal aġġornamenti dwar xi jkun għaddej fi Spazju Kreattiv.

Kif tasal Spazju Kreattiv
Spazju Kreattiv huwa biss ftit minuti ’l bogħod mill-venda tal-karozzi tal-linja tal-Belt u hemm parkeġġ fil-qrib ukoll. Għal aktar informazzjoni dwar kif tippjana ż-żjara tiegħek fi Spazju Kreattiv, agħti daqqa t’għajn lejn il-paġna tagħna Ippjana ż-Żjara Tiegħek.

Aċċessibilità
Il-bini tal-Kavallier ta’ San Ġakbu huwa aċċessibbli għal min juża siġġu tar-roti u moqdi b’lifts fis-sulari kollha (minbarra l-livell Atriju Mezzanine). Fuq in-naħa tal-parlament ta’ Spazju Kreattiv hemm daħla mingħajr turġien fit-Triq Piju V. Għal mistoqsijiet dwar l-aċċessibbiltà, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-Tim tal-Box Office tagħna fuq + 356 2122 3200 jew ibgħatilna messaġġ fuq Facebook jew Instagram.

Il-Prenotazzjoni Tiegħi
Meta tibbukkja biljetti online, tirċievi email immedjatament bil-biljetti tiegħek mehmuża. Dawn il-biljetti diġitali jridu jiġu skannjati qabel ma tidħol fil-post, allura kun żgur li tniżżilhom fuq il-mobile tiegħek jew kwalunkwe apparat ieħor qabel ma tasal fi Spazju Kreattiv. Verżjonijiet stampati tal-biljetti huma aċċettati wkoll, għalkemm kull stampar jgħodd, għaldaqstant żomm l-ambjent fil-moħħok meta tistampa l-biljetti.

Ma rċevejtx email wara li għamilt prenotazzjoni
Jekk ma rċevejtx email sa 5 minuti wara li tibbukkja online, iċċekkja l-folder tal-ispam fl-inbox tiegħek għax jista’ jagħti l-kas li l-email tkun ġiet ridirezzjonata hemmhekk. Jekk xorta tara li ma rċevejtx il-biljetti tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja l-uffiċċju tal-prenotazzjoni għall-assistenza, fuq + 356 2122 3200 matul il-ħinijiet tal-ftuħ tagħna jew ibgħatilna messaġġ fuq Facebook jew Instagram @spazjukreattiv. 

Parteċipazzjoni fil-programm ta’ Spazju Kreattiv
Jekk għandek proġett artistiku f’moħħok u tixtieq tkun parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv, agħti ħarsa lejn il-paġna tas-Sejħa għal Proposti tagħna biex titgħallem aktar dwar il-proċess ta’ applikazzjoni.

Lilna se ssibna lesti biex ngħinuk kull xahar ukoll bis-sessjonijiet ta’ informazzjoni regolari tagħna, IKKREA. Dawn is-sessjonijiet bla ħlas u informali fil-bini tagħna fil-Belt Valletta huma opportunità biex titkellem ma’ wieħed jew waħda mill-koordinaturi tal-programmi ta’ Spazju Kreattiv u biex tikseb aktar għarfien dwar il-proċess ta’ applikazzjoni u l-opportunitajiet li noffru. 

Parteċipazzjoni fil-Programm ta’ Residenza tal-Artisti
Jekk int interessat li tieħu sehem fil-programm tagħna dwar ir-Residenza tal-Artisti, agħti daqqa t’għajn lejn il-paġna tar-Residenza tal-Artisti tagħna biex tapplika u titgħallem dwar il-proċess ta’ applikazzjoni, dwar Residenzi ta’ Artisti li għaddew, u dwar Residenzi li għaddejjin bħalissa.

Sħubija taċ-Ċinema
Is-sħubija tal-Klabb taċ-Ċinema tippermettilek tattendi l-films fiċ-ċinema tagħna fil-Belt Valletta b’rati mnaqqsa! Għal aktar informazzjoni, agħti ħarsa lejn il-paġna tas-sħubija taċ-Ċinema.

Kiri ta’ Post
Jekk tkun tixtieq tikri post fil-Kavallier ta’ San Ġakbu għal avveniment li mhuwiex parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv, jekk jogħġbok ara l-formola tagħna ta’ prenotazzjoni online. Għal informazzjoni dwar l-ispazji tagħna, jekk jogħġbok ara l-paġna tagħna: Spazji

Xogħol ma’ Fondazzjoni Kreattività
Interessat li taħdem ma’ Fondazzjoni Kreattività? Agħti ħarsa lejn il-paġna Sejħiet Għall-Impjiegi għal kwalunkwe opportunitajiet ta’ xogħol li qed noffru bħalissa. 

Programm ta’ internship
Jekk int entużjast/a u tixtieq idduq ftit mid-dinja tal-arti, applika għall-programm tagħna ta’ internship biex titgħallem aktar dwar ix-xogħol fl-arti f’Malta. Biex tapplika, imla din il-formola

Rispons
Jekk għandek xi feedback dwar il-bini tagħna, il-programm ta’ avvenimenti, il-persunal jew il-website, jekk jogħġbok aqsam magħna l-ħsibijiet tiegħek permezz tal-formola tal-Kummenti tagħna.