Sigrun Drapatz & Kiki Gebauer (Germany)

Artisti f’Residenza, 2022

DWAR IL-PROĠETT

Malta hija bażi strateġika għat-tbaħħir, għall-kummerċ u għall-militar fil-Mediterran. Malta ilha wkoll post ta’ rifuġju għal sekli sħaħ. L-evidenza tixhed li għandha storja twila. Pajjiż fit-tarf tal-Ewropa li jqajjem il-mistoqsijiet tagħna. L-istorja hi kkaratterizzata minn postijiet topografiċi. Xi traċċi jistgħu jissemmew li jagħtu forma lill-istorja, ’il bogħod mill-postijiet magħrufa? X’narrattivi huma ħajjin fil-popolazzjoni Maltija? X’postijiet għandhom tifsira? Xi strutturi tal-pajsaġġ huma magħmulin għal-landmarks?

Bl-appoġġ ta’ Spazju Kreattiv, se niltaqgħu mal-esperti fl-oqmsa topografiċi, botaniċi, storiċi, patrimonjali u arkitettoniċi ta’ Malta. L-għan tagħna hu li noħolqu mappa ta’ Għawdex bħala ktejjeb għall-mistienda tar-residenza. Din il-mappa se jkun fiha l-impronti “tagħna”. Se nġibu l-għodod tagħna: il-kameras, il-kuluri u l-ġibs. Fl-esplorazzjonijiet tagħna, se nimmarkaw, nindikaw, u niddeskrivu l-postijiet li jidhru importanti għalina: pjazez, ġonna, binjiet, pajsaġġi, postijiet tax-xogħol, postijiet ta’ tradizzjoni u ta’ tifkira. Se jinħolqu installazzjonijiet temporanji. Iddokumentati bil-fotografiji, huma se jakkumpanjaw ix-xogħol ta’ stħarriġ tagħna.

Mistoqsijiet u Tweġibiet mal-artisti

1) Għidilna xi ftit dwarek.

Prinċipalment jiena naħdem ma’ forom u oġġetti astratti u konkreti. Peress li studjajt l-ippjanar tal-pajsaġġ ħafna snin ilu u ħdimt fil-qasam għal diversi snin, għadni interessata fl-intervenzjonijiet fl-ispazji pubbliċi u fil-pajsaġġ, bħall-ippustjar ta’ sinjali astratti f’strutturi naturali.

2) Għidilna xi ftit dwar il-prattika tal-arti tiegħek u dwar dak li jinspirak.

Jiena nispira ruħi minn forom arkajiċi, minn pajsaġġi mhux maħduma u vojta, minn tkissir ta’ diversi forom.

3) X’tixtieq tieħu mir-residenza tiegħek f’Malta?

F’Malta nixtieq nenfasizza l-istrutturi eżistenti tan-natura li għandhom il-karattru tagħhom stess bħala sinjali, nissottolinja l-ispeċifiċità tagħhom u niskopri dinja ġdida ta’ sinjali.

Wara r-residenza, Sigrun Drapatz u Kiki Gebauer stiednu lill-Prof. Raphael Vela, li huma ġew introdotti miegħu matul iż-żjara tagħhom f’Malta biex jagħtu taħdita fi SCOTTY – spazju ta’ proġett immexxi mill-artisti f’Berlin. Il-Prof. Vella huwa lecturer fl-Arti, Komunitajiet Miftuħa, u Edukazzjoni tal-Adulti, Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta. Ir-recording tat-taħdita ‘Bejn Ingaġġ u Kura Miraklu: Arti, Edukazzjoni, u Solidarjetà’ tinsab hawn taħt:

Il-programm ta’ Residenza Artistika ta’ Spazju Kreattiv qed jiġi organizzat f’kollaborazzjoni mal-Valletta Design Cluster u mal-Ministeru għal Għawdex

This image has an empty alt attribute; its file name is download-5.png