Skeċċ Il-Festival Nazzjonali tad-Drammi Qosra
Skeċċ huwa festival ta’ drammi qosra bl-għan li jesponi vuċijiet u prattiċi teatrali innovattivi. Il-festival huwa skedat li jittella’ bejn il-Ġimgħa 6 u s-Sibt 7 ta’ Ġunju 2025. It-tħejjijiet għall-produzzjonijiet jibdew fi Spazju Kreattiv nhar it-Tnejn 2 ta’ Ġunju 2025. Matul il-festival se jittellgħu numru ta’ produzzjonijiet fi mkejjen differenti bħat-teatru u l-istudios ġewwa Spazju Kreattiv, u anka fi mkejjen miftuħa.