Art+Feminism at Spazju Kreattiv

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Wara ż-żewġ edizzjonijiet preċedenti ta’ Art+Feminism f’Malta, Spazju Kreattiv stieden numru żgħir ta’ artisti nisa, liema xogħol tagħhom jifforma parti mill-Kollezzjoni tal-Arti tal-Fondazzjoni Kreattiva, biex jippreżentaw xogħlijiet ġodda flimkien ma’ xogħlijiet oħra ta’ artisti internazzjonali li pparteċipaw għall-sejħa pubblika.

Agħti Kbir Alla

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Il-proġett jiffoka fuq il-kreazzjoni ta’ kontenut artistiku u oriġinali taż-żewġ artisti żgħażagħ Isaac Warrington u Alessio Cuschieri.

Farmor

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Id-dar, darba kienet post konkret u msejjes b’mod sod, u issa, fi żmien ta' ipermobilità u migrazzjoni, tista' tkun kullimkien, jew saħansita mkien. X'inhuma dak il-fatturi li jippromovu sens ta’ appartenenza?

Art Additives 2019/20

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Art Additives hija serje ta’ taħditiet, workshops, laqgħat u avvenimenti satelittarji żviluppati abbażi tal-programm tal-arti viżiva kontemporanja ta’ Spazju Kreattiv.

Circuits Exhibition and Installation

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Esebizzjoni u installazzjoni relatata Circuits u proġetti oħra ta’ EMM ser tkun qed tittella’ bejn id-9 t’Ottubru u it-8 ta’ Novembru 2020.

Goldin/ Putz – Attitudes

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Il-wirja Goldin/Putz tpoġġi x-xogħlijiet tal-fotografu Awstrijaka żgħażugħha Hanna Putz fi djalogu mal-‘photostar’ Amerikana Nan Goldin.

Kartolina Milied 2020

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Wara sejħa miftuħa li saret minn Dr Lydia Abela għal tpinġijiet għall-Kartolina tal-Milied 2020 din il-wirja se naraw is-sottomissjoni tat-tfal kollha bil-għan li niċċelebraw it-talent tat-tfal u żgħażagħ li pparteċipaw.

SURA

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Sura hija kollezzjoni ta’ pupi maħdumin bl-idejn bl-ilħna u l-istejjer tagħhom. Kull pupa hija attentat biex nifhmu il-għaliex il-bniedem iħoss il-bżonn li joħloq oġġett fix-xbieha tiegħu.

Nothing Really Matters

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Nothing Really Matters hija wirja ta’ pitturi mnebbħa minn għadd ta’ mistoqsijiet li, tul dawn l-aħħar snin, tnisslu fil-ħsibijiet tal-artista Debbie Caruana Dingli, u li huma ndirizzati lill-ommijiet “fittizji”, ommijiiet li ċċaħħdu minn uliedhom minħabba xi reat kriminali jew ieħor li kienu wettqu.

Wiki Loves Monuments 2022 in Malta

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Malta se tieħu sehem bis-seba’ edizzjoni f’Wiki Loves Monuments, iddikjarata mill-Guinness World Record bħala l-ikbar kompetizzjoni tal-fotografija fid-dinja. Il-kompetizzjoni ġġib flimkien nies minn madwar id-dinja biex jieħdu ritratti ta’ wirt kulturali mibni jew monumentali biex jidħru fuq il-Wikipedija.

 MCAST ICA Festival 2023

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

L-MCAST ICA Festival twaqqaf bħala kunċett innovattiv għall-esibizzjoni annwali fi ħdan l-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST.

Art Explora Festival Installation

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

L-Ispazju B ta’ Spazju Kreattiv ser jgħaddi minn trasformazzjoni affaxxinanti biex isir installazzjoni immersiva matul il-festival ta’ l-Art Explora. Dan l-ispazju uniku joffri ħarsa żgħira lejn il-firxa ta’ proġetti kreattivi li qed jintwerew fil-port.

MCAST ICA Festival 2024

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Vetrina annwali li tenfasizza l-kreattivi emerġenti tal-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST. It-8 edizzjoni tal-MCAST ICA Festival tiċċelebra l-kisbiet tal-istudenti tal-aħħar sena ta’ ħdax-il kors ta’ Baċellerat fl-Arti (Unuri) offruti fl-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta. Il-festival joffri pjattaforma siewja għal dawn l-istudenti biex juru x-xogħol u t-talenti individwali tagħhom, u jiksbu espożizzjoni fost il-partijiet interessati fl-industrija fuq livell nazzjonali u internazzjonali.

Jazz Assemblea

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Merħba għal esperjenza viżiva li tfakkar ġenerazzjoni ta’ mużiċisti li għexu u ikkontribwew għall-bidu tal-Jazz f’Malta.