Yara Mekawei (Egypt)

Artisti f’Residenza, 2022

DWAR IL-PROĠETT

Yara Mekawei hija artista tal-ħsejjes li taħdem l-iktar bil-materjalità u l-immaterjalità tal-ħsejjes u tesplora kif il-ħoss jinforma u jittrasforma prattiki artistiki viżivi u ta’ skultura. Għal Mekawei, il-ħoss isir sors materjali u inkarnazzjoni fiżika ta’ għarfien li janima ħafna mix-xogħlijiet tagħha, filwaqt li tiskopri kif is-sonorità hija trasportatur u konverġenza tar-relazzjonijiet bejn il-ħin u l-ispazju, hekk kif huwa espress u esperjenzat f’filosofiji Afrikani u Għarab.

Għal dawn l-aħħar seba’ snin, ir-riċerka ta’ Mekawei kienet dwar l-iskoperta ta’ sistema ta’ traduzzjoni ta’ ħsejjes li nstemgħu f’testi Sufi. Wara li qrat ix-xogħlijiet ta’ poeti, filosfi u studjużi Sufi, bħal Ibn Sina (Avicenna) u Mansur Al-Hallaj, hi ħolqot metodoloġija li tikkodifika u tiddekodifika ittri Għarab f’numri biex isiru silta għall-kompożizzjonijiet mużikali u soniċi tagħha. Dan il-proċess ta’ traduzzjoni huwa metamorfosi ta’ mitoloġija u stejjer ta’ profeta Sufi f’qari soniku ġdid ta’ filosofiji u stejjer Sufi.

Riċentament, Mekawei ppubblikat l-ewwel ktieb tagħha fil-lingwa materna tagħha, l-Għarbi, bit-titlu: “There Are Sounds Of The Moving Images”, li huwa biċċa xogħol li rriżulta minn snin ta’ ħidma, riċerka u prattika fil-qasam tal-arti sonika. Il-pubblikazzjoni teżamina dak li hi tirreferi għalih bħala “viżjoni tal-widna”. Mekawei testendi mistoqsijiet kunċettwali dwar il-mużika u l-istorja, l-interkonnessjoni tagħha ma’ teknoloġiji moderni, kunċetti tal-arti diġitali u viżiva li jikkonċernaw il-filosofija tal-widna u l-prattiki tas-smigħ.

Fil-bidu, l-investigazzjoni ta’ Mekawei fl-arkitetturi urbani, l-istejjer soċjali, il-migrazzjoni tal-bnedmin u iktar mill-bnedmin, tista’ tinqara permezz tal-kunċett ta’ Henri Lafebre ta’ analiżi tar-ritmu bħala mezz ta’ interazzjoni mal-ibliet permezz tal-ħsejjes tagħhom u permezz tas-smigħ ta’ kif l-ibliet jinbidlu soċjalment, kulturalment u politikament mal-mużika.

Mekawei tat spettaklu u ppreżentat xogħolha internazzjonalment, li ftit minnhom jinkludu DAAD Galerie (Berlin, 2022), SAVVY Contemporary (Berlin, 2021), Liverpool Arab festival (Liverpool, 2021), SHUBBAK festival (London, 2021), Rote Fabrik (Zürich, 2019), MEMPHIS Gallery (Linz, 2019),

Halle14 (Leipzig, 2019), Dakar Biennial (Dakar, 2018), FAK’UGESI African Digital Innovation Festival

(Johannesburg, 2018), Cairotronica festival (2018), Lagos Biennial (Lagos, 2017), Art El Lewa Art

Space (Cairo, 2014), Darb 1718 (Cairo, 2015), Biennale Méditerranéenne d’art Contemporain

d’Oran (Oran, 2014).


Il-wirja u l-preżentazzjoni tar-residenza ta’ Yara se ssir nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru fis-7 pm, fi Studio B, Spazju Kreattiv. Matul l-avveniment, Yara se tkun qed tesegwixxi l-kompożizzjonijiet tad-diski tagħha li jsiru fil-Belt Valletta, minn bini arkitettoniku, swieq, u soundscapes tal-belt.

Dawk interessati li jattendu, huma ġentilment mitluba jirreġistraw billi jibagħtu email fuq [email protected]


Mistoqsijiet u Tweġibiet mal-Artist

GĦIDILNA DWAREK

Yara Mekawei hija sound artist li prinċipalment taħdem mal-materjalità u mal-immaterjalità tal-ħoss u tesplora kif il-ħoss jinforma u jittrasforma l-prattiki li huma viżwalment u skulturalment artistiċi. Għal Mekawei, il-ħoss isir sors materjali u manifestazzjoni fiżika ta’ għarfien li jagħti ħajja lill-ħafna mix-xogħlijiet tagħha, filwaqt li tesplora kif is-sonorità hija trasduttur u konverġenza tar-relazzjonijiet bejn iż-żmien u l-ispazju, hekk kif espress u esperjenzat fil-filosofiji Afrikani u Għarab.

Għall-aħħar seba’ snin, ir-riċerka ta’ Mekawei esplorat sistema għat-traduzzjoni tal-ħsejjes li jinstemgħu wara t-testi Sufi. Permezz tal-qari tax-xogħlijiet tal-poeti, filosofi, u studjużi Sufi bħal Ibn Sina (Avicenna) u Mansur Al-Hallaj, hi ħolqot metodoloġija li tikkodifika u tiddekodifika l-ittri Għarab f’numri biex isiru partitura għall-kompożizzjonijiet mużikali u akustiċi tagħha. Dan il-proċess ta’ traduzzjoni huwa metamorfosi tal-mitoloġija u tal-istejjer tal-profeti Sufi f’qari akustiku ġdid tal-filosofiji u tal-istejjer Sufi.

GĦIDILNA XI FTIT DWAR IL-PRATTIKA TAL-ARTI TIEGĦEK U DWAR DAK LI JINSPIRAK

Reċentement, Mekawei ppubblikat l-ewwel ktieb tagħha bil-lingwa Materna Għarbija tagħha intitolat: There Are Sounds Of The Moving Images, li huwa xogħol li jirriżulta minn snin ta’ ħidma ma’, ta’ riċerka, u ta’ prattika fil-qasam tal-arti akustika. Il-pubblikazzjoni teżamina dak li hi ssejjaħ “viżjoni bil-widna”. Mekawei tkopri mistoqsijiet kunċettwali dwar il-mużika u l-istorja, l-interkonnessjoni tagħhom mat-teknoloġiji moderni, il-kunċetti tal-arti diġitali u viżiva li jikkonċernaw il-filosofija tal-widna u l-prattiki tas-smigħ.

Fl-2018, Mekawei waqqfet Radio Submarine / راديو الغواصة. Bħala rakkuntatur tal-istejjer, hi qed iddur l-ibliet Afrikani permezz tad-dimensjoni tas-sonorità u tal-mużika tagħhom. Waħda mir-rabtiet ċentrali bejn iż-żjarat differenti għal kull karatteristika hi l-ilma. L-ilma jsir spazju ta’ trażmissjoni għas-sensibbiltà Afrikana tul il-kontinent. L-ilma jivvjaġġa lilhinn mill-post ġeografiku tal-Afrika bħala post fiss, billi jinvolvi ruħu ma’ dawk li vvjaġġaw (fil-passat u llum) filwaqt li ġarru magħhom il-ħsejjes u l-mużika tagħhom. Għal Mekawei, Radio Submarine huwa rabta mal-istorja u jirrappreżenta l-multipliċità tal-ħsejjes u tal-mużika maħluqa tul diversi bliet Afrikani. Ix-xogħol tagħha jirrifjuta l-kartografiji kolonjali li strutturaw u llimitaw il-moviment u r-relazzjonijiet tan-nies tul il-kontinent Afrikan.

Fil-bidu, l-investigazzjoni ta’ Mekawei rigward l-arkitetturi urbani, l-istejjer soċjali, il-migrazzjoni tal-bnedmin, u iktar mill-bnedmin, tista’ tinqara permezz tal-kunċett tal-analiżi tar-ritmu bħala mezz ta’ involviment mal-ibliet permezz tal-ħsejjes tagħhom u billi jinstema’ kif l-ibliet jinbidlu soċjalment, kulturalment u politikament mal-mużika ta’ Henri Lafebre.

Mekawei wettqet u wriet ix-xogħol tagħha internazzjonalment. Biex insemmu xi ftit, ġewwa Niobidensaal, Neues Museum (2022, Berlin), SAVVY Contemporary (Berlin, 2021), Liverpool Arab festival (Liverpool, 2021), Donaueschingen global Festival (Donaueschingen, 2021), Rote Fabrik (Zurich, 2019), MEMPHIS Gallery (Linz, 2019), Halle14 (Leipzig, 2019), Dakar Biennial (Dakar, 2018), FAK’UGESI African Digital Innovation Festival (Johannesburg, 2018), Cairotronica festival (2018), Lagos Biennial (Lagos, 2017), Art El Lewa Art Space (Cairo, 2014), Darb 1718 (Cairo, 2015), Biennale Méditerranéenne d’art Contemporain d’Oran (Oran, 2014).

X’TIXTIEQ TIEĦU MIR-RESIDENZA TIEGĦEK F’MALTA?

Mużika ffriżata ġewwa l-Belt Valletta.

L-ispazju jitwieled ukoll fil-ħoss, u hemm huwa fejn verament isib l-istutturi fiżiċi partikolari tiegħu. Huwa assoċjat konsistentement man-natura temporanja tal-fenomenu akustiku u mal-intanġibbiltà tiegħu, li min-naħa tieħu jinsab fl-ambigwità tal-elastiku. Il-postijiet jinfirxu f’diversi sitwazzjonijiet: fl-istess objettiv u mezz, mistoqsija, u proċess, essenzjalment magna silenzjuża li tgħallem dwar il-ħlewwa tad-diżinjatur tal-ħoss. Perspettiva miftuħa li tinbidel bħal meta tisma’ lilek innifsek, bħal jekk il-ħoss jistax ikun mhux biss analoġija arkitettonika iżda wkoll il-prinċipju vibrazzjonali tiegħu. Simili għall-mod kif Goethe, b’mod għaqli, sejjaħ l-arkitettura: “bħala mużika ffriżata”

F’Tuneż, Constantine, Lixandra, Palermo, u Palma; jien irreġistrajt diversi pajsaġġi tal-ħoss ta’ kull belt. Iffukajt fuq l-arkitettura u s-swieq lokali. Ippjanajt il-mappa akustika urbana tiegħi stess. Ġewwa l-Belt Valletta, isegwu ħafna ħsejjes fl-isfond. Lingwa oħra biex tinstema’. Bosta stejjer biex jiġu rreġistrati.

Il-programmi ta’ Residenza Artistika ta’ Spazju Kreattiv qed jiġu organizzati f’kollaborazzjoni mal-Valletta Design Cluster u mal-Ministeru għal Għawdex


Yara’s Residency Work in Progress

Il-programm ta’ Residenza Artistika ta’ Spazju Kreattiv qed jiġi organizzat f’kollaborazzjoni mal-Valletta Design Cluster u mal-Ministeru għal Għawdex

This image has an empty alt attribute; its file name is download-5.png