ĊineXjenza – Memento – Brain Awareness Week Special

Loading Events
  • This event has passed.

ĊineXjenza – Memento – Brain Awareness Week Special

12 Marzu 2024 @ 7:00 pm

Kif jiffurmaw il-memorji tagħna? X’jiġri meta nitilfu dik il-ħila? ĊineXjenza se turi l-film Memento fit-12 ta’ Marzu fis-7pm fiċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv bħala parti mill-Brain Awareness Week, kampanja globali biex tiżdied l-għarfien pubbliku dwar il-progress u l-benefiċċji tar-riċerka dwar il-moħħ. Memento isegwi lil Leonard Shelby (Guy Pearce), raġel li jbati minn amnesija anterograda, li tirriżulta f’telf ta’ memorja għal żmien qasir u fl-inkapaċità li tifforma memorji ġodda.

Huwa jfittex lill-irġiel li attakkawh u qatlu lil martu, billi juża sistema elaborata ta’ ritratti Polaroid, noti miktubin bl-idejn, u tatwaġġi biex jgħaqqad ħjiel. Għal dan l-avveniment speċjali, ĊineXjenza qed tikkollabora mal-għaqda studenteska Betapsi Malta biex tiddiskuti kif jiġu ffurmati memorji, u kif jistgħu jintilfu. Se jkun hemm ukoll esperti biex jiddiskutu pazjenti bid-dimenzja u min jieħu ħsiebhom. Aġenzija Żgħażagħ se tkun qed tiffaċilita d-diskussjoni.

Tim Kreattiv

Organizzatur u disinjatur: Dr Edward Duca
Koordinatur: Dr Francesca Busuttil

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€5
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
2hrs
Ċert
18
Lingwa
English
: