EMM Screening: Free Party: A Folk History
- This event has passed.
EMM Screening: Free Party: A Folk History
Kull ma riedu kien id-dritt li jiddevertu. Imma l-Istat trattahom bħala egħdewwa.
Dan id-dokumentarju indipendenti bl-isem ta’ ‘Free Party – A Folk History’ jitratta t-twelid tal-‘Free Party Movement’ ġewwa r-Renju Unit sewwa sew fl-aħħar tat-tmeninijiet u l-bidu tad-disgħinijiet u l-effett soċjali, kulturali u politiku li dan ħalla saż-żmien tal-lum.
Ħafna segwaċi tal-Partit Konservattiv Ingliż kienu jemmnu li l-istil ta’ ħajja ta’ dal-moviment kien ta’ theddida għas-sisien tal-istat neo liberali politiku li huma kienu bnew. Dan peress li l-‘Free Party Movement’ iħaddan stil ta’ ħajja ‘DIY’ anti-konsumerista, profetika-ambjentali, radikali, dejjem fil-qalba ta’ protesti fit-toroq u favur id-drittijiet tal-annimali. Id-dokumentarju jesplora it-twelid ta’ dal-moviment. li seħħ fl-aħħar snin tat-tmexxija ta’ Margaret Thatcher, is-snin imqallbin ta’ wara sakemm saret it-tendija tal-famuż Castlemorgan Free Festival tal-1992, li kien l-akbar rave illegali fl-istorja tar-Renju Unit. Dan wassal għat-tnedija ta’ qafas legali aħrax li kien jifforma parti mill-‘Criminal Justice Act’ tal-1994.
Dirett minn Aaron Trinder, dan id-dokumentarju jmur ‘il bogħod mill-istil klixe’ ta’ dokumentarji simili li jistiednu ismijiet ta’ DJ’s kbar u minflok jissawwar f’rakkont folkloristiku modern li jiġi spjegat esklussivament minn dawk li kienu fil-qalba ta’ dal-moviment. Fosthom insibu lil Spiral Tribe, DIY Sound System, Circus Warp, Bedlam u ħafna oħrajn.
Dan l-avveniment huwa miġjub mill-organizzazzjoni volontarja Electronic Music Malta hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti. Dan l-avveniment huwa parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv kif ukoll parti mill-programm ta’ Circuits 2024.