- This event has passed.
ħożż il-ħsejjes
15 November 2019 - 15 December 2019
Dati: Il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru – Il-Ħadd, 15 ta’ Diċembru 2019
Post: Spazju A, Spazju Kreattiv
Dħul b’xejn
ħożż il-ħsejjes jirrifletti fuq l-ambjent fraġli tagħna, kif aħna nirrelataw mal-inħawi tagħna, u kif komunità tista’ terġa’ t(ir)interpreta l-ambjent tagħha. Ispirat mir-relazzjoni intrinsika bejn il-prattika artistika ta’ Gabriel Caruana, speċifikament it-tafal li kien il-materjal favorit tiegħu, u l-użu tal-Mitħna – Ċentru tal-Arti, Kultura u Snajja’, Birkirkara, it-Tim Kreattiv ħadem ma’ żewġ materjali b’relazzjoni twila ħafna – it-tafal u il-qamħ. It-Tim, magħmul minn Raffaella Zammit, Elyse Tonna, Wen Chin Fu, Marvin Zammit u Andrea Pullicino, jistiden parteċipanti ta’ kull età, speċjalment it-tfal u ż-żgħażagħ. ħożż il-ħsejjes huwa esperjenza li tmiss, tisma’ u tara, li tistieden lill-viżitaturi biex isiru parteċipanti fejn ikunu jistgħu joħolqu kompożizzjoni mużikali u viżiva kollettiva, u li dejjem tinbidel.
Din il-wirja hija indirizzata lil udjenzi ‘il fuq minn 8 snin.
Ġentilment nitolbu li t-tfal ikunu akkumpanjati minn adulti minħabba l-installazjoni.
Ħajr għar-ritratt: Elyse Tonna u Raffaella Zammit
Bħala parti mill-Festival ta’ ŻiguŻajg 2019, ħożż il-ħsejjes ser jinkludi serje ta’ workshops. Agħfas hawn għal aktar informazzjoni!