Konversazzjoni ma’ Joe Toscano
- This event has passed.
Konversazzjoni ma’ Joe Toscano
Id-disinjatur, l-awtur u l-espert tat-teknoloġija, rebbieħ ta’ premjijiet prestiġjużi, Joe Toscano ser jaqsam magħna l-vjaġġ tiegħu mill-bidu tal-karriera tiegħu meta kien jaħdem Google, sal-aħħar impriża tiegħu Datagrade. Preċedentement kien konsulent tal-Experience Design għal Google, qabel ma telaq minn Silicon Valley minħabba tħassib dwar l-użu ħażin tad-dejta mill-industrija. Ħaseb li dawn għandhom jiġu indirizzati permezz tal-innovazzjoni milli regolamentazzjoni stretta. Minn dakinhar, Joe kiteb ktieb, ipparteċipa f’taħdita TEDx, deher fil-film ta’ Netflix ‘The Social Dilemma’ u beda diversi kumpaniji. Joe ser jitkellem dwar approċċi fid-disinn tal-internet, il-privatezza tal-utent, il-litteriżmu diġitali u l-protezzjoni tad-dejta.
Joe se jiddiskuti wkoll numru ta’ ‘take-homes’ ewlenin mill-‘Young People & Information‘: Manifest fuq id-diżinformazzjoni/il-misinformazzjoni, sorveljanza, litteriżmu diġitali u tal-midja u l-ekonomija tal-attenzjoni.
Is-sessjoni se tikkonkludi b’Q&A.
Tim Kreattiv:
Kelliem: Joe Toscano
It-tim ta’ 3CL jinkludi lil:
Chris Garzia
Alex Grech
Ian Farrugia
Alex Galea
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post