THE DELINQUENTS
- This event has passed.
THE DELINQUENTS
One event on 28 April 2024 at 7:30 pm
One event on 3 Mejju 2024 at 7:30 pm
One event on 5 Mejju 2024 at 3:30 pm
One event on 9 Mejju 2024 at 7:30 pm
One event on 12 Mejju 2024 at 7:30 pm
One event on 18 Mejju 2024 at 3:30 pm
Dati u ħin:
Is-Sibt, 27 ta’ April, 2024, 4pm
Il-Ħadd, 28 ta’ April, 2024, 7.30pm
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju, 2024, 7.30pm
Il-Ħadd, 5 ta’ Mejju, 2024, 3.30pm
Il-Ħamis, 9 ta’ Mejju, 2024, 7.30pm
Il-Ħadd, 12 ta’ Mejju, 2024, 7.30pm
Is-Sibt, 18 ta’ Mejju, 2024, 3.30pm
DELIQUENTS, li ħareġ minn Un Certain Regard ta’ Cannes, bis-seħer u l-imprevidibbiltà tiegħu jirnexxilu jagħti xejra ġdida ta’ avventura liema bħalha lill-films dwar serqiet kbar.
Morán (Daniel Eliás), impjegat f’bank fi Buenos Aires, joħroġ bi pjan biex jeħles lilu nnifsu mill-monotonija korporattiva: ser jisraq biżżejjed flus biex iservuh sabiex jirtira u jgħix ħajja modesta, imbagħad jistqarr għemilu u jiskonta sentenza ħabs sakemm il-kollega tiegħu jieħu ħsieb il-flus.
Peress li l-kompliċi tiegħu Román (Esteban Bigliardi) ma jdumx ma jsib ruħu taħt pressjoni minn investigatur tal-kumpanija, huwa jerħilha lejn raħal imwarrab biex jaħbi l-fondi. Hemm jiltaqa’ ma’ mara misterjuża li ser tittrasformalu l-kumplament ta’ ħajtu.
Dan l-aħħar film tal-kittieb-direttur Arġentin Rodrigo Moreno, THE DELINQUENTS, iwaħħad kwistjonijiet eżistenzjali ma’ oħrajn iżjed trivjali biex jesplora n-natura tal-libertà nnifisha. B’laqtiet ta’ ġmiel li ma jmut qatt, din l-iskopertà ċinematika taf tkun surreali, familjari, tad-daħk, romantika, sorprendenti, ristorattiva – u fuq kollox – ta’ pjaċir kbir fl-istess ħin.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni Addizzjonali