Archives: Events

All Day

European Digital Treasures – Wirja ta’ films qosra dwar il-maniġment ta’ arkivji ċentinarji fis-seklu 21

Atrium / Atrium Approach / Upper Atrium

Matul l-aħħar deċennji, l-istituzzjonijiet arkivjali investew f'riżorsi importanti biex joffru aċċess għal oġġetti diġitalizzati. Dawn it-"teżori diġitali" huma għalhekk inklużi bħala sorsi primarji għal pjattaformi b'aċċess b'xejn, iżda m'għandhomx proċess ta' trasformazzjoni u lanqas jiġġeneraw ritorn ekonomiku. Il-kollezzjonijiet diġitali għandhom potenzjal enormi biex ibiddlu l-mod kif tintuża l-informazzjoni, u biex jiżviluppaw modi ġodda ta’ preservazzjoni, kollezzjoni, organizzazzjoni, propagazzjoni u aċċess għall-għarfien.

INEARTH, UNEARTH: Archives of Matter and Ritual

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Fl-Art, mill-Art: Arkivji ta’ Materja u Ritwal hija esplorazzjoni ta’ diversi tifsiriet assoċjati mal-materja li hija l-pedament tal-prattika ta’ Agius.

fabricATE

Spazju A, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Mill-mundanità ta’ kuljum, sal-kobor ta’ dak storiku, meraviljuż u bibliku, b’fabricATE, Gabriel Buttigieg jerġa’ jfassal il-miti Greko-Rumani minn Odipus sa Ovidju, u jsawwabhom. Minsuġa fuq drapp fin, dawn in-narrattivi huma fl-istess ħin skuri u eċċitanti.