International Day of People with Disabilities Events

Loading Events
  • This event has passed.

International Day of People with Disabilities Events

2 Diċembru 2023 @ 10:00 am
|Recurring Event (See all)

One event on 3 Diċembru 2023 at 10:30 am

Matul dawn il-jumejn, fi Spazju Kreattiv se jsiru sitt workshops inklużivi li ser jilqgħu fihom artisti b’abbiltajiet diversi. Kull workshop se jiffoka fuq l-esplorazzjoni ta’ dixxiplina differenti tad-dinja teatrali: drama, mużika jew żfin. B’kollaborazzjoni mal-Iskola tal-Performing Arts fl-Università ta’ Malta, dawn il-workshops se jitmexxew minn professjonisti jew artisti li għadhom qed jitħarrġu fi ħdan l-Università lokali. Kull workshop huwa twil massimu ta’ siegħa u tletin minuta u se jippermetti lill-parteċipanti jesperjenzaw il-forma ta’ arti favorita tagħhom minn perspettiva interessanti u mhux tas-soltu.

Kemm jekk int mużiċist, attur jew żeffien, żgur li hemm xi ħaġa li se tinteressak matul dawn il- workshops.

Nistednuk tingħaqad magħna biex tikkollabora ma’ artisti mill-aqwa minn Opening Doors, taqsam l-ideat u l-isfond tiegħek magħhom biex flimkien toħloqu biċċa xogħol unika u interessanti! l-postijiet huma limitati fuq bażi ta’ first come first served. Irriżerva postok billi tibgħat email [email protected] bidd-dettalji personali tiegħek u liema workshop tixtieq tattendi.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
Maltese and English