Is-Snin li tħoss

Loading Events

Is-Snin li tħoss

16 Frar 2024 - 25 Frar 2024

 Ħbiberiji, qtugħ ta’ qalb, imħabba, vjaġġar, avventura, karriera, familja… Dik hi l-ħajja hux? Sensiela ta’ mumenti u riti ta’ passaġġ seminali li jsawru l-identità tagħna hekk kif ninnavigaw fil-ħajja. L-età hija aktar minn sempliċi numru, hija sensazzjoni. Hekk kif iż-żmien jgħaddi, nagħmlu l-almu tagħna biex nagħmlu li nistgħu mill-ġurnata, filwaqt li niġġieldu maċ-ċansijiet li ma jieqfu qatt biex intejbu t-triq li ninsabu fiha.

Waqt li kisbet reviżjonijiet tajba mill-ġirja tagħha fl-Edinburgh Fringe Festival u t-Teatru Soho kif ukoll ġiet innominata fl-Olivier Awards 2023, Haylee McGee’s Age is a Feeling issa hija lesta għal premiere f’Malta bi traduzzjoni bil-Malti bl-iskript ta’ Clare Azzopardi. Prodozzjoni ta’ Udjenza taħt id-direzzjoni ta’ Toni Attard, dan l-ispettaklu imtella’ bil-prestazzjoni ta’ Clare Agius, isegwi l-vjaġġ f’ħajja ta’ persuna tul iż-żmien b’ sens ta’ seħer, intelliġenza, onestà u vulnerabbiltà.

Tim Kreattiv:

Direttur: Toni Attard
Traduzzjoni: Claire Azzopardi

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a