Macbeth: Ralph Fiennes & Indira Varma (Encore)

Loading Events
  • This event has passed.

Macbeth: Ralph Fiennes & Indira Varma (Encore)

12 Mejju 2024 @ 4:30 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 26 Mejju 2024 at 11:00 am

Data u ħin:
Il-Ħadd, 12 ta’ Mejju, 2024, 4.30pm
Il-Ħadd, 26 ta’ Mejju, 2024, 11.00am

Ir-rebbieħ tal-premji Tony u tal-BAFTA, Ralph Fiennes (Antony & Cleopatra, Schindler’s List, Coriolanus) u r-rebbieħa tal-Premju Olivier, Indira Varma (Present Laughter, Game of Thrones, Luther) jaħdmu fi produzzjoni ġdida ta’ ‘full-voltage visceral’ (★★★★ Daily Telegraph) ta’ Macbeth ta’ William Shakespeare.

Iffilmjat dirett f’Dock X, spazju ta’ teatru mibni apposta f’Londra, u l-kritika mfaħħra ta’ Macbeth tgħid ‘li jħaffef il-polz, imbagħad imur għall-ġugular’ (★★★★ Financial Times) mhux se jkun mitluf fuq l-iskrin il-kbir.

Taħt id-direzzjoni ta’ Simon Godwin (Antony & Cleopatra, Romeo & Juliet, Hansard) b’disinn ta’ sett u kostumi minn Frankie Bradshaw (Jerusalem, Blues for an Alabama Sky), dan huwa produzzjoni ċinematiku ‘imtella’ b’mod sabiħ’ (★★★★ WhatsOnStage ) li turi ‘t-traġedja ta’ Shakespeare fil-ġurnata presenti’ (★★★★★ The I).

Macbeth ġej. Koppja korrotta mix-xewqa kontinwa tagħha għall-poter u li għandha d-demm fuq idejha.

Segwi r-rakkont għar-regħba, qtil, qerq, u superstizzjoni fis-swali taċ-ċinema għal żmien limitat biss. La darba taqsam il-linja, qatt ma tista’ ddur lura.

 

Macbeth fih sekwenzi ta’ dwal li jteptep li jistgħu jaffettwaw klijenti li huma suxxettibbli għall-epilessija fotosensittiva

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€12
Konċessjonijiet
€10
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
2hr 30min
Ċert
12A
Lingwa
Ingliż
: