Vanishing Valletta

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Vanishing Valletta

21 December 2018 - 27 January 2019

Dati u Ħinijiet: Il- Ġimgħa 21 ta’ Diċembru – Il- Ħadd 27 ta’ Jannar
Post: Spazju C, Spazju Kreattiv
Prezz: Dħul b’xejn

Fl-1982 l-artist-fotografu David Pisani ta bidu għal proġett personali li jiddokumenta l-Belt u l-port ta’ madwarha, b’enfasi fuq il-periferija soċjalment żvantaġġata tagħha, u l-inħawi notorji ta’ Strada Stretta li ta’ spiss kien iżur. Li beda bħala komponiment fotografiku dwar il-bini mitluq ġewwa l-belt u t-tnaqqis fl-attivita’ f’Strada Stretta kellu jevolvi f’proċess ta’ dokumentazzjoni epiku tal-Belt fuq medda ta’ 29 sena.

Il-kollezzjoni tikkonsisti minn 192 il-stampa magħżula minn eluf ta’ negattivi, u li parti minnhom ġew primarjament esibiti fil-Biennale tal-Fotografija ġewwa Pariġi (Mois de la Photo) fl-1996 taħt it-titlu La Valette et le Grand Port – Portrait d’une Capitale Maritime. F’Ġunju tal-2000, il-Bibliothèque Nationale de France akkwistat selezzjoni ta’ stampi oriġinali għall-kollezzjonijiet permanenti tagħha.

Ir-ritratti kollha miġbura hawnhekk huma ta’ tip ‘fine art silver gelatin’ stampati min-negattivi oriġinali tal-fotografu.

 

Dettalji

Bidu:
21 December 2018
Tmiem:
27 January 2019
Event Categories:
,

Venue

Spazji
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Duration N/A
Cert N/A
Creative Team David Pisani