Archives: Events

All Day

At the Table

Atrium / Atrium Approach / Upper Atrium

Am Tisch – fuq il-mejda hemm proġett transnazzjonali li jittraċċa il-mejda tal-familja bħala post ċentrali ta’ negozjar u għalhekk, l-iżgħar ċellula soċjali. Artisti minn dixxiplini differenti iwettqu l-mejda tal-familja tagħhom f’diversi kontinenti.

Backlot

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Backlot hija esibizzjoni ġdida minn Charlie Cauchi. Hi tuża vidjos, stampi fotografiċi, strutturi mibnija u aktar biex tispjega l-possibbiltajiet kumplessi tar-rappreżentazzjoni ċinematika fuq l-iskrin u anke n-nuqqas tagħha f’Malta.

TNESSID – MASTER OF FINE ARTS IN DIGITAL ARTS (MFA) – 2023 SHOWCASE

Spazju A, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

TNESSID tgħaqqad flimkien ix-xogħol ta’ ħames artisti li qegħdin jaqraw għal Master of Fine Arts in Digital Arts fid-Dipartiment tal-Arti Diġitali, Università ta’ Malta. Il-kelma ‘tnessid’ hija l-invers ta’ ‘dissent’ (dissens), jiġifieri l-opinjonijiet diverġenti minn dawk li huma komunement miżmuma.

Ongoing
Recurring

I will Celebrate my Death (Celebrarè mi Muerte)

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Fit-28 ta’ Marzu 2005, il-ħajja tal-kirurgu Marcos Hourmann inbidlet għalkollox. Maż-żerniq, pazjenta ta’ aktar minn 80 sena tasal fil-kamra tal-emerġenza tal-isptar fejn kien jaħdem. Soġġetta għal tbatija fiżika kbira, il-pronjosi tatha biss ftit sigħat ta’ ħajja.

MET Opera Live: Mozart’s Die Zauberflote (live)

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Wieħed mix-xogħlijiet l-aktar maħbubin tal-opra jirċievi l-ewwel muntaġġ ġdid tiegħu f’19-il sena—viżjoni awdaċi tad-direttur Ingliż rinomat Simon McBurney li The Wall Street Journal iddikjara “l-aqwa produzzjoni li qatt rat tal-opra ta’ Mozart.”