Shifting Contexts III


Shifting Contexts III
Shifting Contexts III huwa proġett tal-arti bbażat fuq ir-riċerka li għandu l-għan jesplora r-rwol kritiku tal-arti u l-kapaċità tagħha li tirrispondi għal dinja li qed tinbidel malajr u tikkontribwixxi għad-dibattitu kontemporanju.
Din l-edizzjoni tħeġġeġ lill-artisti parteċipanti jiżviluppaw xogħol artistiku madwar it-tema ta’ “ILMA”. Il-kreattività tinvolvi li wieħed iħares lejn affarijiet familjari minn perspettiva kompletament ġdida u Shifting Context — għal darb’oħra jaspira li jinkoraġġixxi u jsostni dan l-approċċ filwaqt li fl-istess ħin ifittex ukoll li jippromwovi prattiki kollaborattivi fl-arti. L-artisti u l-intrapriżi kollettivi parteċipanti jridu juru li wieġbu għat-tema permezz ta’ riċerka bbażata fuq il-prattika li tesplora approċċi innovattivi għat-tfassil ta’ tifsira li jippermettu li jitfaċċaw interpretazzjonijiet differenti.
Tim Kreattiv:
Kuratur: Trevor Borg
Shifting Contexts III huwa proġett b’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post