
- This event has passed.
Variable Depth, Shallow Water
Izabela Pluta hija artista mwielda fil-Polonja u bbażata fl-Awstralja, li tuża l-fotografija biex tinterpreta u tagħti kunċett ġdid lir-rwol li għandhom l-immaġni llum.
Matul żjara li għamlet fid-Dwejra, fejn rat il-blata ikonika li reċentement waqgħet fil-baħar, magħrufa wkoll bħala t-Tieqa tad-Dwejra fil-gżira t’Għawdex, Pluta kienet affaxxinata b’dik li xi darba kienet waħda mill-aktar espressjonijiet spettakolari taż-żmien ġeoloġiku fid-dinja. It-Tieqa tad-Dwejra, fdalijiet taħt l-ilma ta’ ġebla tal-franka, oriġinarjament twila 28 metru – issa tinsab madwar 12-il metru taħt il-livell tal-baħar. Pluta, li tqis ir-riflessjoni li joħloq il-mezz tal-fotografija, tuża l-immaġni, il-vidjow, l-oġġetti u l-ħoss bħala bażi għal din l-esibizzjoni.
Il-materjal ewlieni ta’ din l-installazzjoni jinkludi data mħassra li ġiet iffilmjata permezz ta’ drone li ntilef fil-baħar u mbagħad instab. Ispirata mid-Dwejra, il-kunċett taż-żmien profond, il-mument istantanju tal-bidla, u permezz tal-passaġġ tagħha bħala migranta lejn l-Awstralja, ix-xogħol jinvestiga l-inċertezza ta’ post. Fond li jvarja u ilma baxx jgħaqqdu flimkien elementi differenti li jinkludu negattivi magħmula bl-idejn ta’ atlasijiet imprevedibbli, artefatti fittizji fonduti fil-bronż mill-fond ta’ fejn jiltaqgħu l-Oċean Paċifiku u l-Baħar tal-Lvant taċ-Ċina, filmati mill-pajsaġġ vast Awstraljan, u komponenti tan-neon li jisplodu fihom infushom. Din hi l-ewwel darba li din l-artista se tesibixxi hawn Malta.
Izabela Pluta hija rappreżentata minn Sally Dan-Cuthbert, Sydney. Dan il-proġett għandu l-assistenza tal-Gvern Awstraljan permezz tal-Kunsill tal-Awstralja, il-finanzjament artistiku u l-bord konsultattiv kif ukoll tal-UNSW Art & Design Faculty Research Grant.
ARTISTA
Izabela Pluta
KURATURI
Nicole Bearman, Francesca Mangion